Urini
Twil wisq. Ma qrajtux?
Suġġetti relatati mal-BĊE spjegati b’mezzi multimedjali.
X’inhi t-TLTRO?
30 ta' Marzu 2021
L-operazzjonijiet immirati ta' rifinanzjament fuq żmien itwal jinkoraġġixxu lill-banek li jżommu fluss ta' kreditu bi prezz tajjeb lejn in-nies u n-negozji. Dan, min-naħa tiegħu, isostni l-infiq u l-investiment fl-ekonomija. Christine Lagarde tispjega kif jaħdmu.
araINSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Il-BĊE Jispjega: għaliex il-flus kontanti huma importanti
18 ta’ Frar 2021
Għandna bżonn flus kontanti f’dinja diġitali? Il-kollega tagħna Chiara tispjega kif il-flus kontanti għandhom rwol ewlieni fis-soċjetà tagħna u x’qed nagħmlu sabiex niżguraw li inti jista’ jkollok aċċess u tuża l-flus kontanti kull meta trid u kull fejn tkun.
araIl-BĊE jispjega: linji swap
4 ta' Novembru 2020
Linji swap huma parti waħda mis-sett ta' għodda tal-bank ċentrali tagħna. Imma x'inhuma? U għaliex nużawhom? Il-kollega tagħna Imène tispjega għaliex huma għodda importanti għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u jistgħu jgħinu biex jipprevjenu t-tensjoni tas-suq milli taffettwa l-ekonomija reali.
araIl-BĊE Jispjega: statistika affidabbli
20 ta' Ottubru 2020
Għaliex għandna bżonn dejta affidabbli? U min jipproduċiha? Il-kollega tagħna Rita tispjega kif il-BĊE jiżgura li l-istatisitka tiegħu tkun preċiża, konsistenti u f'waqtha.
araIl-BĊE jispjega: il-hacking etiku
21 ta' Awwissu 2020
Aħna żviluppajna qafas għal hacking etiku fl-2018. Dan xi jfisser? Il-kollega tagħna Emran jispjega x’jagħmel hacker etiku u kif dan jgħin biex jiġu ttestjati r-reżiljenza u n-nuqqasijiet tal-banek.
araIl-BĊE jispjega: ir-riżervi barranin
21 ta' Awwissu 2020
Ir-riżervi barranin huma muniti barranin, jew assi oħra, miżmuma minn banek ċentrali – bħalna – u awtoritajiet oħra. Il-kollega tagħna Joaquim jispjega r-rwol tar-riżervi barranin u, b’mod partikolari, il-karatteristiċi ta’ dawk miżmuma mill-BĊE.
araIl-BĊE jispjega: il-firem tal-karti tal-flus tal-euro
21 ta' Awwissu 2020
Il-karti tal-flus tagħna għandhom ħafna karatteristiċi affaxxinanti. Eżempju tajjeb huwa l-firma tal-President tal-BĊE. Il-kollega tagħna Sarai tispjega kif il-karatteristika tal-firma tgħin biex tiżgura fiduċja fil-munita unika taż-żona tal-euro.
araIl-BĊE jispjega: l-unjoni bankarja
21 ta' Awwissu 2020
L-unjoni bankarja tippermetti li r-regoli bankarji tal-UE jiġu applikati b’mod konsistenti. Dan jgħin biex jiżgura li s-sistema bankarja tkun tiflaħ. Il-kollega tagħna Filipa tispjega l-bażi tal-unjoni bankarja u kif tiżgura li n-nies fl-Ewropa jistgħu b’fiduċja jiffrankaw, jonfqu jew jissellfu l-flus.
araIl-BĊE jispjega: Is-superviżjoni bankarja Ewropea
21 ta' Awwissu 2020
Bħala superviżur bankarju Ewropew, aħna nivverifikaw li l-banek jikkonformaw mar-regoli. Il-kollega tagħna François jispjega kif dan fl-aħħar mill-aħħar iservi lin-nies tal-Ewropa, billi jgħin biex il-banek ikunu siguri u sodi.
araIl-BĊE jispjega: gwida bil-quddiem
11 ta' Diċembru 2019
Meta bank ċentrali jagħti gwida bil-quddiem, jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet tiegħu fil-futur. Fil-BĊE, dan nagħmluh billi nagħmlu stqarrijiet dwar l-intenzjonijiet tagħna dwar il-politika monetarja fil-konferenzi stampa tagħna. Il-kollega tagħna tal-BĊE Michael jispjega kif il-gwida bil-quddiem tista' tgħin biex tixpruna l-ekonomija.
araIl-BĊE jispjega: kripto-assi
21 ta' Novembru 2019
Teknoloġiji ġodda jistgħu jaffettwaw il-mod kif inħallsu fil-ġejjieni. Bħala l-bank ċentral għall-euro, wieħed mill-għanijiet tagħna huwa li niżguraw li l-ħlasijiet isiru b'mod sigur u effiċjenti fiż-żona tal-euro kollha. Il-kollega fil-BĊE Maria Teresa tispjega l-benefiċċji u r-riskji tal-kriptoassi.
araIl-BĊE jispjega: responsabbiltà
13 ta' Novembru 2019
Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li juża l-istrumenti tiegħu biex iwettaq il-mandat tiegħu. Aħna nispjegaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħna lill-poplu Ewropew u lir-rappreżentanti eletti tagħhom fil-Parlament Ewropew. Ara lill-kollega tagħna tal-BĊE Jean-François biex tkun taf iktar.
araKif jolqtuk lokalment il-politiki tagħna?
16 ta' Ottubru 2018
Il-membru tal-Bord Eżekuttiv Benoît Cœuré żar il-fabbrika ta' Vorwerk fi Cloyes-sur-le-Loir, Franza. Huwa tkellem man-nies tal-post dwar kif il-BĊE għamilha aktar attraenti għall-banek li jsellfu lin-negozji. Dan ifisser kundizzjonijiet aħjar għan-negozji, li jgħin biex jinħolqu aktar impjiegi.
araKif il-politika tal-BĊE naqqset l-inugwaljanza
27 ta' Lulju 2018
Il-miżuri tal-politika monetarja tal-BĊE mill-2014 mhux biss għenu t-tkabbir u eliminaw ir-riskju tad-deflazzjoni - naqqsu wkoll l-inugwaljanza ġenerali fiż-żona tal-euro, kif tikkonferma riċerka ġdida. Agħti ħarsa lejn il-vidjo spjegattiv tagħna biex issir taf kif.
araKif jintgħażlu l-membri tal-Bord Eżekuttiv?
8 ta' Ġunju 2018
Qatt ħsibt kif jinħatru l-membri tal-Bord Eżekuttiv tagħna? Ir-rappreżentanti nazzjonali eletti jiddeċiedu fil-livell Ewropew min jista' jissieħeb fil-Bord għal terminu ta' tmien snin li ma jiġġeddidx. Skopri min jipproponi l-kandidati u kif jintgħażlu.
araL-euro kif jgħin liċ-ċittadini Ewropej jipprattikaw in-negozju?
9 ta' Mejju 2018
L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju huma s-sinsla tal-ekonomija taż-żona tal-euro. Skopri kif l-intraprendituri u s-sidien tan-negozji ż-żgħar jibbenefikaw mill-munita unika.
araKif inħarsu flusna kontra l-attakki ċibernetiċi?
2 ta' Mehhu 2018
Aħna niddepożitaw flusna fil-bank biex ikunu fiż-żgur. Iżda x'jiġri jekk xi ħadd jidħol b'qerq fil-kompjuters tal-bank? Ara l-vidjo tagħna li jfisser kif il-BĊE qed jgħin lis-sistema finanzjarja billi jħeġġeġ il-"hacking etiku”…
araXínhu TARGET Instant Payment Settlement (TIPS)?
17 ta' Ottubru 2017
Sir af aktar dwar TIPS, is-servizz il-ġdid li ġej fit-tmiem tal-2018 li ser jagħmel il-ħajja eħfef għan-negozji u l-individwi.
araGħaliex huma baxxi r-rati tal-imgħax?
4 ta' Ottubru 2017
Skopri għaliex huma meħtieġa rati tal-imgħax baxxi sabiex il-prezzijiet jinżammu stabbli.
araĠejjin dalwaqt: ħlasijiet transkonfinali dak il-ħin stess
2 ta' Ottubru 2017
Hekk kif tant affarijiet saru disponibbli għalina dak il-ħin stess, jaf qed tistgħaġeb kif it-trasferimenti bankarji għadhom jistgħu jieħdu sa 24 siegħa. Il-BĊE qiegħed jaħdem biex ibiddel dan.
araL-Ewropej kif iħallsu?
12 ta' April 2017
Fl-4 ta' April 2017 il-BĊE ħareġ il-karta tal-flus il-ġdida ta' €50 li għandha karatteristiċi tas-sigurtà mtejba. Ara iżjed tagħrif dwar kif iħallsu l-Ewropej illum.
araL-euro fetaħ il-bibien għall-Ewropej
7 ta’ Frar 2017
Ħamsa u għoxrin sena ilu, il-mexxejja Ewropej iffirmaw it-Trattat ta’ Maastricht, data importanti għall-integrazzjoni Ewropea li wittiet it-triq għall-euro. Agħti daqqa t’għajn lejn kif il-munita unika tagħna ħaffet il-mod kif l-Ewropej jivvjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu barra minn pajjiżhom.
araL-euro barra l-Ewropa
24 ta’ Jannar 2017
Madwar 339 miljun ruħ fiż-żona tal-euro jużaw il-karti u l-muniti tal-euro fil-ħajja ta’ kuljum. Iżda kont taf li l-euro jintuża wkoll f’għadd ta’ postijiet barra l-Unjoni Ewropea u lil hinn mill-kontinent Ewropew? Agħti daqqa t’għajn lejn il-mapep tagħna biex issib fejn.
aktarKif jaħdem il-quantitative easing
9 ta’ Diċembru 2016
Il-programmi tal-BĊE tal-akkwist ta’ assi jsostnu t-tkabbir ekonomiku u jgħinuna nilħqu l-għan tagħna għall-inflazzjoni. Ara kif jaħdmu dawn il-programmi, x’sehem għandhom il-banek kummerċjali u kif il-miżuri jolqtu n-negozji u l-konsumaturi.
aktarIl-programm ta’ xiri ta’ assi (APP)
6 ta’ Ġunju 2016
Agħti daqqa t’għajn wara l-kwinti lejn in-nies li jfasslu u jmexxu l-programm ta’ xiri ta’ assi tal-BĊE u sib il-kif u l-għala tal-politika tal-illaxkar kwantitattiv (quantitative easing) fiż-żona tal-euro.
araX’inhi t-TLTRO-II?
10 ta’ Marzu 2016
X’inhi t-TLTRO II, is-sensiela ġdida ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal, u għaliex hija meħtieġa? Il-President tal-BĊE Mario Draghi jispjega fil-qosor.
araX’inhi t-T2S u kif tgħin is-suq uniku tal-kapital fl-Ewropa?
2 ta’ Lulju 2015
Ara kif it-T2S (Target2-Securities), il-pjattaforma l-ġdida għat-trasferiment ta’ titoli, tħaffef u tnaqqas l-ispejjeż biex it-titoli “jivvjaġġaw” fl-Ewropa u hija ta’ benefiċċju għad-ditti kummerċjali u l-investituri.
araLiema pajjiżi ngħaqdu maż-żona tal-euro u meta?
1 ta’ Jannar 2015
Ara din il-mappa interattiva biex tkun taf liema pajjiżi huma mseħbin fiż-żona tal-euro u meta ssieħbu.
aktarIl-bini ewlieni tal-BĊE – minn viżjoni għar-realtà
10 ta’ Diċembru 2014
F’Novembru 2014 l-istaff tal-BĊE mar f’bini ġdid fid-distrett ta’ Ostend, Frankfurt am Main. Ara filmat qasir li jurik kif tela’ dan il-bini.
araId-deċiżjonijiet tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE
4 ta’ Novembru 2014
Ara kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar is-superviżjoni bankarja bil-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni.
aktarIntegrazzjoni tal-infrastruttura tas-suq
24 ta’ Settembru 2014
L-infrastruttura integrata tas-suq fl-Ewropa hija sistema unika u effiċjenti ta’ “komunikazzjoni” li sservi ta’ sostenn għas-suq. Ara kif iċ-ċittadini, id-ditti kummerċjali u l-investituri jgawdu mill-infrastruttura għat-trasferiment ta’ ħlasijiet u titoli.
araKif tolqotni rata tal-imgħax negattiva?
5 ta’ Ġunju 2014
Il-Kunsill Governattiv introduċa rata tal-imgħax negattiva fuq il-faċilità tad-depożitu fil-5 ta’ Ġunju 2014. Il-President tal-BĊE Mario Draghi jispjega xi tfisser din id-deċiżjoni għal min ifaddal fiż-żona tal-euro.
araIl-MSU mfisser fi tliet minuti
24 ta’ Marzu 2014
Ara dan il-filmat dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u skopri kif issir is-superviżjoni bankarja fl-Ewropa.
araIl-BĊE u l-Eurosistema
26 ta’ Settembru 2013
X’inhi l-inflazzjoni? Għaliex l-istabbiltà tal-prezzijiet hija importanti għalija? Sib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u iżjed tagħrif f’din l-introduzzjoni ta’ tliet minuti dwar is-sehem u l-kompiti tal-BĊE u l-Eurosistema.
ara