Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32010D0014
2010/597/EU: Decision of the European Central Bank of 16 September 2010 on the authenticity and fitness checking and recirculation of euro banknotes (ECB/2010/14)
2010/597/UE: Deċiżjoni tal-Bank ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14)
2010/597/UE: Deċiżjoni tal-Bank ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14)
ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 09/01/2020
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/1 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Settembru 2010
dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro
(BĊE/2010/14)
(2010/597/UE)
IL-KUNSILL governATTIV TAL-BANK ċENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn “íl quddiem imsejjaħ ‘l-Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tal-SEBĊ jipprovdu li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Dan id-dritt jinkludi l-kompetenza li jittieħdu miżuri biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas. |
(2) |
Biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro u biex tkun possibbli l-identifikazzjoni xierqa ta’ flus foloz, il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba biex jiġi żgurat li l-awtentiċità tagħhom tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod sempliċi u affidabbli, u għalhekk il-karti tal-flus tal-euro għandhom jiġu vverifikati għall-kundizzjoni. Barra minn dan, il-karti tal-flus tal-euro foloz għandhom jiġu skoperti malajr u jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(3) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (1) oriġinarjament obbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn rilevanti biex jirtiraw miċ-ċirkulazzjoni l-karti tal-flus tal-euro kollha li rċevew li jafu jew għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li huma foloz. |
(4) |
Biex jistabbilixxi standards armonizzati dwar ir-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, fl-2005 il-BĊE ppubblika l-qafas tar-riċiklaġġ tal-karti ta’ flus li stabbilixxa regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (2), inklużi standards operattivi għall-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Sussegwentement, il-BĊE adotta proċeduri komuni għall-ittestjar tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus mill-BĊNi. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ġie emendat (3) fis-sens li l-ambitu tal-indirizzati tiegħu ġie estiż u issa huma obbligati li jiżguraw li l-karti tal-flus tal-euro li rċevew u li fi ħsiebhom jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni jiġu vverifikati għall-awtentiċità u li jiġu skoperti l-foloz. F’dan ir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 jistipula li għall-karti tal-flus tal-euro, din il-verifika għandha ssir skont il-proċeduri definiti mill-BĊE. Għaldaqstant huwa xieraq li dawn il-proċeduri jiġu stabbiliti f’att legali. |
(6) |
Bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jistabbilixxu sanzjonijiet kontra l-istituzzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jonqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom taħtu, l-Eurosistema għandha tkun tista’ tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex jiġi żgurat li l-proċeduri definiti mill-BĊE jiġu mħarsa u li r-regoli u l-proċeduri stabbiliti taħt din id-Deċiżjoni ma jiġux evitati bir-riskju konsegwenti li l-karti tal-flus foloz jew li mhumiex f’kundizzjoni tajba ma jiġux skoperti jew jitpoġġew lura fiċ-ċirkulazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ambitu
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
1. |
“BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro. |
2. |
“Cash handlers” tfisser l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001. |
3. |
“Riċirkulazzjoni” tfisser l-azzjoni, minn cash handlers, li jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni, direttament jew indirettament, karti tal-flus tal-euro li jkunu rċevew, jew mill-pubbliku bħala ħlas jew bħala depożitu f’kont bankarju, jew mingħand cash handler ieħor. |
4. |
“Magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna mħaddma mill-klijent jew mill-persunal kif iddefinit fl-Anness I. |
5. |
“Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tista’ tingħaraf minn magni oħrajn li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus kif deskritt fl-Anness I. |
6. |
“Proċeduri ta’ prova komuni” tfisser il-proċeduri ta’ prova, kif speċifikat mill-BĊE, li jiġu applikati mill-BĊNi biex jiġu eżaminati tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. |
7. |
“Membri tal-persunal imħarrġin” tfisser impjegati ta’ cash handlers li għandhom: (a) għarfien tal-karatteristiċi differenti tas-sigurtà pubblika tal-karti tal-flus tal-euro, kif speċifikat u ppubblikat mill-Eurosistema, u l-kapaċità li jiġu vverifikati; u (b) għarfien tal-kriterji tal-issortjar elenkati fl-Anness IIIb u l-kapaċità li jiġu vverifikati l-karti tal-flus tal-euro magħhom. |
8. |
“Karti tal-flus tal-euro foloz” tfisser karti tal-flus tal-euro kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001. |
9. |
“Magna li tagħti l-flus” tfisser magna self-service li, permezz tal-użu ta’ kard ta’ bank jew mezzi oħrajn, tagħti l-karti tal-flus tal-euro lill-pubbliku, billi tiddebita kont bankarju, bħal kaxxiera awtomatiċi (ATM) li tagħti l-flus kontanti. Self-checkout terminals (SCoTs) li bihom il-pubbliku jista’ jħallas għall-oġġetti u servizzi jew b’kard ta’ bank, flus kontanti jew strumenti oħrajn ta’ ħlas, li jkollhom funzjoni ta’ żbank ta’ flus, huma kkunsidrati wkoll bħala magni li jagħtu l-flus kontanti. |
10. |
“Awtoritajiet nazzjonali kompetenti” tfisser awtoritajiet kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001. |
11. |
“Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba” tfisser karti tal-flus tal-euro li huma kkunsidrati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba għar-riċirkulazzjoni wara l-verifika tal-kundizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6. |
12. |
“Istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (4). |
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
1. L-obbligu ta’ cash handlers biex jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandu jiġi mwettaq skont il-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
2. Jekk żewġ cash handlers jew aktar ikunu involuti fir-riċirkulazzjoni tal-istess karti tal-flus tal-euro, il-cash handler responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni ta’ dawn il-karti tal-flus tal-euro għandu jinħatar skont ir-regoli nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli, skont arranġamenti kuntrattwali bejn il-cash handlers rilevanti.
3. Il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni għandha ssir jew minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN, jew manwalment minn membru tal-persunal imħarreġ.
4. Il-karti tal-flus tal-euro jistgħu jiġu rriċirkulati biss permezz ta magni mħaddmin mill-klijent jew magni li jagħtu l-flus kontanti jekk ikunu ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN u kklassifikata bħala ġenwina u f’kundizzjoni tajba. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għall-karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew ikkonsenjati direttament lil cash handler minn BĊN jew minn cash handler ieħor li diġà vverifika l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni b’dan il-mod.
5. Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet tal-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu biss mill-cash handlers jekk ikunu ġew ipprovati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw bl-issettjar standard tal-fabbrika, inklużi l-aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ipprovati b’suċċess sakemm ma jkunux ġew miftehma settings iktar stretti bejn il-BĊN u l-cash handler.
6. Karti tal-flus tal-euro li ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u kklassifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba minn membri tal-persunal imħarġin imma mhux minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess minn BĊN jistgħu jiġu rriċirkulati biss mill-kaxxiera.
7. Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro li ssir mill-BĊNi.
Artikolu 4
Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus
1. Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma minn klijent għandhom jiġu kklassifikati u trattati skont l-Anness IIa.
2. Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma mill-persunal għandhom jiġu kklassifikati u ttrattati skont l-Anness IIb.
Artikolu 5
Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro foloz
Karti tal-flus li mhumiex awtentikati bħala karti tal-flus tal-euro ġenwini wara klassifika li tkun saret skont l-Anness IIa jew IIb jew wara verifika manwali tal-awtentiċità minn membru tal-persunal imħarreġ għandhom minnufih, skont ir-regolamenti nazzjonali u fi kwalunkwe każ f’massimu ta’ għoxrin jum tax-xogħol, jiġu mgħoddija mill-cash handlers lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 6
Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro foloz li mhumiex f’kundizzjoni tajba
1. Il-verifika tal-kundizzjoni għandha ssir skont l-istandards minimi stabbiliti fl-Annessi IIIa u IIIb.
2. BĊN jista’, wara li jinforma lill-BĊE, jistabbilixxi standards iktar stretti għal denominazzjoni waħda jew iżjed ta’ karti tal-flus tal-euro jekk dan ikun ġustifikat, per eżempju b’deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni fl-Istat Membru tiegħu.
3. Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN skont ir-regolamenti nazzjonali.
Artikolu 7
Eċċezzjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu lil friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’operazzjonijiet ta’ flus kontanti ta’ livell baxx permess biex il-membri tal-persunal imħarrġin jagħmlu l-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus kontanti, sakemm il-verifika tal-awtentiċità ssir minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess mill-BĊN. Biex issir applikazzjoni għal dan il-permess, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu lil BĊN tal-Istat Membri tagħhom b’evidenza li l-fergħa in kwistjoni hija mbiegħda u tal-livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti tagħha. Kull BĊN għandu jiżgura li l-volum ta’ karti tal-flus tal-euro vverifikati manwalment b’dan il-mod ma jaqbiżx massimu ta’ 5 % tal-volum globali tal-karti tal-flus tal-euro li huma mqassmin ta’ kull sena permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu jekk limitu ta’ 5 % għandux japplika fil-livell ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu jew f’dak tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-livell nazzjonali.
2. Meta sseħħ ġrajja eċċezzjonali li minħabba fiha l-provvista tal-karti tal-flus tal-euro fi Stat Membru tiġi mtellfa b’mod sinjifikanti, membri tal-persunal mħarrġin tal-cash handlers jistgħu, fuq bażi temporanja, u bla ħsara għall-qbil rilevanti tal-BĊNi li l-ġrajja hija eċċezzjonali, iwettqu verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz tal-magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus.
Artikolu 8
Impenji tal-Eurosistema
1. L-informazzjoni, kif speċifikata mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom li jinqraw mill-magni, għandha tiġi fornita lill-manifatturi mill-Eurosistema qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus u wara biex ikunu jistgħu jibnu magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu jistgħu jgħaddu l-proċeduri ta’ prova komuni u jaddattaw għal rekwiżiti ġodda.
2. L-informazzjoni, kif speċifikat mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà pubblika tagħhom għandha tkun fornita mill-Eurosistema lil cash handlers qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus tal-euro u wara biex il-membri tal-persunal tagħhom jingħataw kull taħriġ meħtieġ.
3. It-taħriġ mill-cash handlers lill-membri tal-persunal tagħhom biex jiġi żgurat li membri tal-persunal mħarrġin huma kompetenti biex jivverifikaw l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandhom ikunu appoġġati mill-Eurosistema.
4. Il-cash handlers għandhom jiġu infurmati mill-Eurosistema dwar theddida ta’ flus foloz meta jkun xieraq u jistgħu jkunu meħtieġa mill-Eurosistema biex tittieħed azzjoni, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkulazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus ikkonċernati.
5. Il-manifatturi tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom jiġu infurmati mill-Eurosistema dwar theddida ta’ flus foloz kif ikun xieraq.
Artikolu 9
Proċeduri ta’ prova komuni tal-Eurosistema għall-magni għall-immaniġġjar tal-karti tal-flus
1. Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-flus għandhom jiġu pprovati mill-BĊNi skont il-proċeduri ta’ prova komuni.
2. It-tipi kollha ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu għaddew mill-prova għandhom jiġu elenkati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE matul il-perijodi ta’ validità tar-riżutati tal-eżami, kif imsemmi fil-paragrafu 3. Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li matul dan il-perijodu ma tkunx tista’ tidentifika l-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin mill-Eurosistema għandha titneħħa mil-lista skont proċedura speċifikata mill-BĊE.
3. Meta tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus tgħaddi mill-prova, ir-riżultati tal-prova għandu jibqa’ validu ġewwa ż-żona tal-euro għal sena minn tmiem ix-xahar tal-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, sakemm tibqa’ kapaċi tidentifika l-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin mill-Eurosistema matul dan il-perijodu.
4. L-Eurosistema m’għandhiex tkun responsabbli jekk tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess ma tkunx tista’ tikklassifika u tittratta l-karti tal-flus tal-euro skont l-Anness IIa jew IIb.
Artikolu 10
Attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Eurosistema u miżuri korrettivi
1. Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati (i) biex jagħmlu spezzjonijiet fil-post, inklużi dawk mhux imħabbrin, fil-postijiet tal-cash handlers biex jimmonitorjaw il-magni li jimmaniġġjaw il-flus tagħhom, partikolarment il-kapaċità tal-magni biex jivverifikaw l-awtentiċità u l-kundizzjoni u biex jiġu rintraċċati karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar lid-detentur ta’ kont; u (ii) biex jivverifikaw il-proċeduri li jirregolaw l-operazzjoni u l-kontroll tal-magni li jimmaniġġjaw il-flus, it-trattament ta’ karti tal-flus tal-euro verifikati u kull verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni.
2. Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati li jieħdu kampjuni ta’ karti tal-flus tal-euro ipproċessati sabiex jivverifikawhom fil-postijiet tagħhom.
3. Meta matul spezzjoni fuq il-post BĊN jiskopri nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jitlob l-adozzjoni mill-cash handler ta’ miżuri korrettivi f’terminu ta’ żmien speċifikat. Sakemm jiġi rranġat in-nuqqas ta’ konformità, il-BĊN li jkun qed jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-cash handler milli jirriċirkula id-denominazzjoni(jiet) tal-karta tal-flus ikkonċernata/i. Jekk in-nuqqas ta’ konformità huwa dovut għal ħsara tat-tip tal-magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 9(2).
4. Meta cash handler ma jikkooperax ma’ BĊN fir-rigward ta’ spezzjoni, dan għandu jiġi jitqies bħala nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 11
Obbligi tar-rapportar
Biex il-BĊE u l-BĊNi jimmonitorjaw il-konformità tal-cash handlers ma’ din id-Deċiżjoni u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti, il-BĊNi għandhom (i) ikunu infurmati bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi, minn cash handlers qabel ma tibda titħaddem tip ta’ magna li timmaniġġja l-flus; u (ii) jingħataw minn cash handlers l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV.
Artikolu 12
Spejjeż
1. L-Eurosistema m’għandhiex tirrimborża lill-cash handlers l-ispejjeż li jagħmlu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.
2. L-Eurosistema m’għandhiex tagħti kumpens għal spejjeż addizzjonali li jagħmlu l-cash handlers minħabba l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro b’karatteristiċi ta’ sigurtà mibdulin jew ġodda.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011. Kull BĊN jista’ jiddeċiedi li joffri lill-cash handlers tal-Istati Membri tagħhom perijodu tranżitorju għar-rapportar ta’ dejta ta’ statistika skont l-Anness IV. L-Anness IV għandu japplika mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012.
2. Cash handlers ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2011 għandhom ikollhom perijodu tranżitorju ta’ sena mid-dejta tal-adozzjoni tal-euro biex japplikaw din id- Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Settembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) Riċiklaġġ ta’ karti tal-flus tal-euro: qafas għall-identifikazzjoni ta’ flus foloz u ssortjar skont il-kundizzjoni minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u cash handlers professjonali oħra.
(3) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1).
(4) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
ANNESS I
MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS
1. Rekwiżiti tekniċi ġenerali
1.1. Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa pakketti tal-karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifka l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara fiżikament l-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers dedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.
1.2. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li jistgħu jiġu skoperti flus foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jitwaqqfu standards għall-issortjar tal-kundizzjoni anqas restrittivi, jekk dan ikun il-każ.
2. Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-flus
Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew maġni mħaddmin mill-persunal:
Tabella 1
Magni mħaddmin mill-klijent
A. Magni mħaddmin mill-klijent meta l-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent. |
||
1. |
Cash-in machines (CIMs) |
Is-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jagħtu l-flus. Is-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakoltattivi. |
2. |
Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs) |
Is-CRMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, biex jiġu ddepożitati karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u li jiġu żbankati karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, is-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti |
3. |
Cash-in machines ikkombinati (CCMs) |
Is-CCMs jippermettu lil klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, biex jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u biex jiżbankaw karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakoltattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti imma biss karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament |
B. Magni oħrajn imħaddmin mill-klijent |
||
4. |
Magni cash-out (COM)) |
Il-COMs huma magni li jagħtu l-flus kontanti użati minn aġenti ekonomiċi oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jagħtuhom lill-klijenti. Il-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro maħżunin fihom mill-cash handlers jew sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni li jbiegħu l-prodotti) |
Tabella 2
Magni mħaddmin mill-persunal
1. |
Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs) |
Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni |
2. |
Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs) |
Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità |
3. |
Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs) |
It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu ‘l-cash handlers biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti |
4. |
Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs) |
It-TAMs huma magni mħaddmin minn cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-cash handlers biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti |
Meta l-klijenti jdaħħlu karti tal-flus tal-euro biex jiġu ddepożitati fit-TARMs jew it-TAMs, jew jieħdu l-karti tal-flus tal-euro mogħtijin minn dawn il-magni, dawn il-magni għandhom jiġu kkunsidrati bħala magni mħaddmin mill-klijent u għandhom jikklassfikaw u jittrattaw il-karti tal-flus tal-euro skont l-Anness IIa.
3. Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus
L-Eurosistema tivverifika tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin permezz tas-sistemi speċifiċi tagħhom ta’ identifikazzjoni, softwer u komponenti oħrajn għat-tħaddim tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti skoperti bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.
ANNESS IIa
KLASSIFIKA U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT
Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma fiżikament separati skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-kategoriji 4a u 4b.
Tabella 1
Klassifika u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent
Kategorija |
Karatteristiċi |
Trattament |
|||||||||||
1 |
Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro |
Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:
|
Għoti lura mill-magna lill-klijent |
||||||||||
2 |
Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz |
Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix skoperta jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza |
Irtira miċ-ċirkulazzjoni Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih, mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur |
||||||||||
3 |
Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar |
Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-kartatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba |
Irtira miċ-ċirkulazzjoni Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih u mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro ikunu ġew skoperti mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Alternattivament, bi ftehim mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dawk l-awtoritjajiet flimkien mal-karti tal-flus tal-euro lil dawk l-awtoritjajiet. Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont |
||||||||||
4a |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna u li jagħtu riżultati pożittivi |
Jistgħu jintużaw għar-riċirkulazzjoni. Ikkreditati lid-detentur tal-kont |
||||||||||
4b |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat li jagħti riżultat negattiv |
Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkulazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN. Ikkreditati lid-detentur tal-kont |
Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klient minn magna jekk il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ transazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra transazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.
BĊN jista’ jiftiehem ma’ cash handler li l-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3 m’għandhomx jiġu separati fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b, u li f’dan il-każ it-tliet kategoriji kollha għadhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3.
Tabella 2
Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni oħrajn imħaddmin mill-klijent
Kategorija |
Karatteristiċi |
Trattament |
|||||||||||||||||||||||
A |
|
|
Irtira miċ-ċirkulazzjoni Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, minnufih, mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna |
||||||||||||||||||||||
B1 |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna u li jagħtu riżultati pożittivi |
Jistgħu jingħataw lill-klijenti |
||||||||||||||||||||||
B2 |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat li jagħti riżultat negattiv |
Ma jistgħux jingħataw lill-klijenti u għandhom jingħataw lura lill-BĊN. |
ANNESS IIb
KLASSIFIKA U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL
Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li gejjin u huma fizikament separati skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-kategoriji B1 u B2.
Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn Magni mħaddmin mill-persunal
Kategorija |
Karatteristiċi |
Trattament |
|||||||||||||||||||||||||||||
A |
|
|
Għoti lura mill-magna lill-operatur għall-iktar valutazzjoni u trattament
|
||||||||||||||||||||||||||||
B1 |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni li jsiru mill-magna jagħtu riżultati pożittivi |
Jistgħu jintużaw għar-riċirkulazzjoni. Ikkreditati lid-detentur tal-kont |
||||||||||||||||||||||||||||
B2 |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità li jsiru mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv |
Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkulazzjoni u għandhom jingħataw lura lill-BĊN. Ikkreditati lid-detentur tal-kont |
Regoli speċifiċi dwar klassifika u ssortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal
1. Il-BPMs jikklassifikaw u fiżikament jissortjaw karti tal-flus fil-kategoriji A, B1 u B2 kif imniżżel fl-Anness IIb, li għalihom hemm bżonn mill-inqas tliet stackers dedikati biex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.
2. Il-BPMs b’żewġ output stackers dedikati biss jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw il-karti tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
Il-verifiki tal-awtentiċità u l-kundizzjoni jsiru fl-istess proċess. F’dan il-proċess, kwalunkwe karta tal-flus tal-euro B1 għandha tiġi ssortjata f’output stacker stazzjonarja waħda, filwaqt li kemm karti tal-flus tal-kategorija A u B2 għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarja stazzjonarja separata li ma jkollhiex xi kuntatt fiżiku ma’ kwalunkwe karta tal-flus tal-euro tal-kategorija B1. |
(b) |
Jekk karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A tiġi identifikata bħala preżenti fit-tieni output stacker, l-operatur għandu jerġa’ jgħaddi l-karta tal-flus tal-euro mit-tieni output stacker. F’dan it-tieni proċess, il-karta tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz għandhom jiġu sseparati mill-karta tal-flus tal-euro tal-kategorija B2 billi tal-ewwel jiġu ssortjati f’output stacker iddedikata. |
3. Il-BAMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament il-karta tal-flus tal-euro fil-kategoriji A u B, fejn ikunu meħtieġa mill-inqas żewġ output stackers biex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.
4. Il-BAMs b’output stacker wieħed iddedikat jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw karta tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
Kull darba karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A, tiġi pproċessata, il-magna għandha twaqqaf l-ipproċessar immedjatament u żżomm il-karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A f’pożizzjoni li tevita kull kuntatt fiżiku mal-karti tal-flus tal-euro awtentikati. |
(b) |
Ir-riżultat tal-verifika tal-awtentiċità għandu jiġi indikat għal kwalunkwe karta tal-flus tal-euro waħda tal-kategorija A fuq display. |
(c) |
Il-magna għandha tivverifika l-preżenza ta’ karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A meta tieqaf tipproċessa, u l-ipproċessar jista’ jkompli biss wara t-tneħħija fiżika tal-karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A mill-operatur. |
(d) |
Għal kull waqfa fil-modalità tal-ipproċessar mhux iktar minn karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A waħda għandha tkun aċċessibbli għall-operatur. |
ANNESS IIIa
STANDARDS MINIMI GĦALL-VERIFIKA AWTOMATIZZATA TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO
Dan l-Anness jippreskrivi l-istandards minimi għall-verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus.
Matul il-verifiki tal-kundizzjoni, mhumiex f’kundizzjoni tajba karti tal-flus tal-euro b’xi difett li fir-rigward tiegħu rekwiżit obbligatorju ġie ddefinit kif stabbilit hawn isfel.
Il-livell ta’ tolleranza aċċettabbli għall-verifiki tal-kundizzjoni minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huwa ta’ 5 %. Dan ifisser li massimu ta’ 5 % tal-karti tal-flus tal-euro li ma jissodisfawx il-kriterji tal-kundizzjoni tajba jistgħu jiġu kklassifikati ħażin mill-magni u ssortjati bħala f’kundizzjoni tajba.
Tabella 1
Lista ta’ kriterji tal-issortjar għall-issortjar awtomatizzat tal-kundizzjoni
Difett |
Definizzjoni |
|
1. |
Ħmieġ |
Distribuzzjoni ġenerali tal-ħmieġ mal-karta tal-flus tal-euro kollha |
2. |
Tebgħa |
Konċentrazzjoni lokalizzata ta’ ħmieġ |
3. |
Tħażżiż |
Xbieha jew kliem miktub jew immarkat bi kwalunkwe mod fuq karta tal-flus tal-euro |
4. |
Karta tal-flus li marritilha l-linka |
Nuqqas ta’ linka evidenti f’parti jew fil-karta tal-flus kollha, eż. karta tal-flus maħsula |
5. |
Tiċrita |
Tispjega ruħha weħidha |
6. |
Toqba |
Tispjega ruħha weħidha |
7. |
Tqattigħ |
Karti tal-flus tal-euro b’parti(jiet) neqsin, matul tal-inqas tarf wieħed (b’kuntrast ma’ toqob) |
8. |
Tiswija |
Partijiet ta’ karta tal-flus tal-euro waħda jew aktar magħqudin flimkien bit-tejp jew bil-kolla jew b’mezz ieħor |
9. |
Tikmix |
Ħafna tiwi f’diversi postijiet |
10. |
Irtubija |
Deterjorazzjoni strutturali li tirriżulta f’nuqqas evidenti ta’ ebusija |
11. |
Tiwi |
Tispjega ruħha weħidha |
12. |
Kantuniera mitwija |
Tispjega ruħha weħidha |
Iktar informazzjoni fuq il-kriterji tal-issortjar
1. Ħmieġ
Il-ħmieġ iżid id-densità ottika tal-karti tal-flus tal-euro. It-tabella li ġejja tispeċifika ż-żieda fid-densità massima ta’ kampjuni ta’ limitu paragunata mal-karti tal-flus tal-euro ġodda li l-karti tal-flus tal-euro jistgħu juru biex jiġu kklassifikati bħala f’kundizzjoni tajba:
Tabella 2
Livelli ta’ densità ottika
Denominazzjoni |
Żieda fid-densità massima ta’ kampjuni ta’ limitu paragunata mal-karta tal-flus tal-euro ġdida |
Filtru |
EUR 5 |
0,06 |
Maġenta |
EUR 10 |
0,06 |
Maġenta |
EUR 20 |
0,08 |
Maġenta |
EUR 50 |
0,07 |
Maġenta |
EUR 100 |
0,07 |
Maġenta |
EUR 200 |
0,04 |
Maġenta |
EUR 500 |
0,04 |
Maġenta |
Karti tal-flus tal-euro li ma jissodisfawx dawn il-kriterji mhumiex f’kundizzjoni tajba. Il-BĊNi iżommu karti tal-flus tal-euro li juru livell ta’ ħmieġ ġej minn dawn il-kriterji. Il-kejl densitometriċi tal-karti tal-flus tal-euro ta’ referenza huma bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:
— |
Standard għall-kejl tad-densità; ISO 5 partijiet 3 u 4 |
— |
Standard għall-filtri: DIN 16536: |
— |
Kejl assolut: kalibrazzjoni standard (white tile) |
— |
Filtru ta’ polarizzazzjoni: mixgħul |
— |
Apertura: 3 mm |
— |
Illuminazzjoni: D65/2 |
— |
Sfond: kalibrazzjoni standard white tile |
Iż-żieda tad-densità ta’ karta tal-flus ta’ referenza hija l-ogħla valur bejn il-medji ta’ mill-inqas erba’ punti ta’ kejl imkejlin fuq in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara tal-karta tal-flus fiż-żona mhux stampata u mingħajr ebda modulazzjoni tal-marka.
2. Tebgħa
Karti tal-flus tal-euro b’konċentrazzjoni tal-ħmieġ lokalizzata li tkopri tal-inqas 9 mm b’9 mm fiż-żona mhux stampata jew tal-inqas 15 mm b’15 mm fiż-żona stampata mhumiex f’kundizzjoni tajba.
3. Tħażżiż
Bħalissa m’hemm l-ebda rekwiżit obbligatorju biex jinkixef it-tħażżiż.
4. Karta tal-flus li marritilha l-linka
Jista’ jkun li lill-karti tal-flus tmurilhom il-linka, eż jekk ikunu nħaslu jew ġew suġġetti għal aġenti kimiċi aggressivi. Dawn it-tipi ta’ karti tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba jistgħu jinkixfu permezz ta’ ditekters tax-xbieha jew ditekters UV.
5. Tiċrita
Karti tal-flus tal-euro b’tiċrit li huwa miftuħ u mhux mgħotti parzjalment jew kollu miċ-ċinturin(i) tal-moviment tal-magna mhumiex f’kundizzjoni tajba jekk id-daqs tat-tiċrita huwa ikbar minn dak indikat hawn isfel.
Tabella 3
Tiċrita
Direzzjoni |
Wisa’ |
Tul: |
Vertikali |
4 mm |
8 mm |
Orizzontali |
4 mm |
15 mm |
Dijagonali |
4 mm |
18 mm (*) |
6. Toqba
Karti tal-flus tal-euro bit-toqob li mhumiex mgħottijin parzjalment jew kollha miċ-ċinturin(i) tal-moviment tal-magna mhumiex f’kundizzjoni tajba jekk id-daqs tat-toqba huwa ikbar minn 10 mm2.
7. Tqattigħ
Karti tal-flus tal-euro bit-tul mnaqqas b’6 mm jew aktar jew wisgħat mnaqqsa b’5 mm mhumiex f’kundizzjoni tajba. Il-kejl kollu jirrigwarda d-differenzi minn tulijiet u wisgħat nominali tal-karti tal-flus tal-euro.
8. Tiswija
Karta tal-flus tal-bank imsewwija tinħoloq billi jiġu magħqudin flimkien partijiet tal-karta(i) tal-flus tal-euro flimkien, eż. bl-użu ta’ tejp jew kolla. Karta tal-flus tal-euro bit-tejp li jgħatti parti ikbar minn 10 mm b’40 mm u li hija iktar minn 50 µm ħoxna mhijiex f’kundizzjoni tajba.
9. Tikmix
Karti tal-flus tal-euro mkemmxin jistgħu jiġu identifikati normalment jekk il-livell ta’ kemm jirriflettu jew l-ebusija tagħhom titnaqqas. M’hemmx rekwiżit obbligatorju.
10. Irtubija
Sa fejn huwa possibbli, il-karti tal-flus tal-euro bi ftit li xejn ebusija jiġu ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba. Billi l-irtubija normalment hija relatata mal-ħmieġ, il-karti tal-flus tal-euro rotob huma ġeneralment mikxufin ukoll permezz ta’ sensors tal-ħmieġ. M’hemmx rekwiżit obbligatorju.
11. Tiwi
Karti tal-flus tal-euro mitwijin, minħabba t-tul jew il-wisa’ mnaqqsa tagħhom, jistgħu jinkixfu b’sensors li jivverifikaw id-daqs tal-karti tal-flus tal-euro. Barra minn dan, jistgħu jinkixfu bis-sensors tal-ħxuna. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet tekniċi, tiwi li jissodisfa l-kriterji stabbiliti għat-tqattigħ biss, jiġifieri tiwi li jwassal għal tnaqqis fit-tul ikbar minn 6 mm jew tnaqqis fil-wisa’ ikbar minn 5 mm, jista’ jiġi identifikat u mhuwiex f’kundizzjoni tajba.
12. Kantuniera mitwija
Karta tal-flus tal-euro b’kantuniera mitwija b’parti ta’ iktar minn 130mm2 u tul minimu tat-tarf iż-żgħir ikbar minn 10 mm mhijiex f’kundizzjoni tajba.
(*) Dan jitkejjel billi tinħażż linja dritta mill-quċċata tat-tiċrita sat-tarf tal-karta tal-flus fejn tibda t-tiċrita (projezzjoni rettangolari), iktar milli kejl tat-tul tat-tiċrita nnifsa.
ANNESS IIIb
STANDARDS MINIMI GĦALL-VERIFIKA MANWALI TAL-KUNDIZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO
Dan l-Anness jistabbilixxi l-istandards minimi għall-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro minn membri tal-persunal mħarrġin..
Matul il-verifiki tal-kundizzjoni, il-karti tal-flus tal-euro b’xi difett kif jidher fit-tabella hawn isfel, jew b’xi difett sinjifikanti ċar f’waħda mill-karatteristiċi tas-sigurtà viżibbli, mhumiex f’kundizzjoni tajba. Madankollu, karti tal-flus mitwijin u karti tal-flus tal-euro b’kantunieri mitwijin jistgħu jiġu rranġati bit-tneħħija tat-tiwi manwalment meta dan ikun possibbli. Il-verifiki tal-kundizzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni viżiva tal-karti tal-flus tal-euro individwali u ma jeħtieġux l-użu ta’ xi għodod.
Lista ta’ kriterji tal-issortjar għall-verifiki manwali tal-kundizzjoni
Karatteristika |
Deskrizzjoni |
|
1. |
Ħmieġ |
Distribuzzjoni ta’ ħmieġ mal-karta tal-flus kollha li jidher viżivament |
2. |
Tebgħa |
Konċentrazzjoni ta’ ħmieġ lokalizzat li tidher viżivament |
3. |
Tħażżiż |
Xbieha miżjuda jew ittri miktubin jew immarkati b’xi mod fuq karta tal-flus tal-euro li jidhru viżivament. |
4. |
Karta tal-flus li marritilha l-linka |
Nuqqas ta’ linka li tidher viżivament f’parti jew fil-karta tal-flus kollha, eż. karta tal-flus maħsula |
5. |
Tiċrita |
Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas tiċrita waħda fit-tarf |
6. |
Toqba |
Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas toqba waħda li tidher viżivament |
7. |
Tqattigħ |
Karta tal-flus tal-euro b’parti/partijiet neqsin matul tal-inqas tarf wieħed (b’kuntrast mat-toqob), eż. kantuniera nieqsa |
8. |
Tiswija |
Partijiet ta’ karta tal-flus tal-euro waħda jew aktar magħqudin flimkien bit-tejp, kolla jew mezzi oħrajn |
9. |
Tikmix |
Karta tal-flus tal-euro b’ħafna tiwi fiha li taffettwa b’mod qawwi d-dehra viżiva tagħha |
10. |
Irtubija |
Karta tal-flus tal-euro b’deterjorazzjoni strutturali li tirriżulta f’nuqqas evidenti ta’ ebusija |
11. |
Karta tal-flus tal-euro mitwija |
Karta tal-flus tal-euro li hija mitwija, inkluż karta tal-flus tal-euro li ma tistax tinfetaħ |
12. |
Kantuniera mitwija |
Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas kantuniera waħda mitwija tidher sew |
ANNESS IV
ĠBIR TA’ DEJTA MINN CASH HANDLERS
1. Għanijiet
L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta huma biex il-BĊNi u l-BĊE jkunu jistgħu jimmoniterjaw l-attivitajiet rilevanti tal-cash handlers u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.
2. Prinċipji ġenerali
2.1. Dejta fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tiġi rrapportata biss meta l-magni jintużaw għar-riċirkulazzjoni
2.2. Cash handlers jipprovdu regolarment il-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:
— |
informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati bħal fergħat tal-uffiċini, u |
— |
informazzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti. |
2.3. Barra minn dan, il-cash handlers li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u cash dispensers jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru b’dan li ġej:
— |
informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet tal-flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti, |
— |
informazzjoni dwar fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment. |
3. Tip ta’ dejta u rekwiżiti ta’ rapportar
3.1. Skont in-natura tagħha, id-dejta miġbura tinqasam f’dejta ewlenija u dejta operattiva.
Dejta ewlenija
3.2. Dejta ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-cash handlers individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus li qed jaħdmu; u (b) fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.
3.3. Dejta ewlenin tiġi fornita lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara. Id-dejta speċifikati fil-galvu li hemm fl-Appendiċi I għandha tiġi fornita, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.
3.4. BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal f' fergħat tal-friegħi
3.5. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tar-rekwiżiti tar-rapportar magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro użati biss biex jiġu pproċessati karti tal-flus tal-euro mqassmin mill-kaxxiera.
3.6. Id-dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3 għandha tiġi fornuta, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti.
Dejta operattiva
3.7. Dejta li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro mill-cash handlers hija kklassifikata bħala dejta operattiva.
3.8. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, mill-obbligu li jirrapportaw dejta operattiva jekk in-numru tal-karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jagħtu l-flus kontanti huwa inqas mil-limitu determinat mill-BĊN.
3.9. Id-dejta tiġi fornita fuq bażi ta’ sitt xhur Id-dejta tiġi rrappurtata lill-BĊN mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perijodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-dejta jistgħu jiġu pprovduti bl-użu ta’ galvu stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.
3.10. Id-dejta tiġi fornita mill-cash handlers li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk cash handler ikun ta l-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handler ieħor, id-dejta tingħata mill-cash handler nominat skont l-Artikolu 3(2).
3.11. Id-dejta tiġi rrappurtata mill-cash handlers bħala biċċiet (volum), aggregati fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Għal fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-dejta operattiva tiġi rrappurtata separatament.
3.12. BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal fergħat tal-uffiċini
3.13. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-iskop tar-rekwiżiti tar-rapportar karti tal-flus tal-euro li huma pproċessati fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro u mqassmin mill-kaxxiera.
3.14. Cash handlers li jkunu taw il-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handlers oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni ddettaljata lill-BĊN fuq din tal-aħħar.
3.15. Għandhom jiġu fornita dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikati fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li jingħataw f’format differenti u jista’ jaqbel mal-cash handler biex jiġbru dejta iktar estensivi.
4. Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni ta’ dejta
4.1. Kemm id-dejta ewlenija u d-dejta operattiva jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.
4.2. Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ dejta miksubina taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din hija aggregata b’tali mod li l-ebda dejta ma tista’ jiġu attribwita lil entitajiet ta’ rapportar partikolari.
APPENDIĊI 1
GALVU TAR-RAPPORTAR
Dejta ewlenija
Din l-informazzjoni għandha tingħata lil:
[Isem tal-BĊN; dettalji għall-kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]
1. Informazzjoni dwar il-cash handler
Isem il-cash handler:
Indirizz tas-sede:
ZIP/kodiċi postali:
Belt:
Triq:
Tip ta’ kumpanija:
— |
Istituzzjoni ta’ kreditu |
— |
Bureau de change |
— |
Kumpanija cash in transit li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas |
— |
Kummerċjant (kummerċjant bl-imnut) |
— |
Casino |
— |
Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika) |
Il-persuni tal-kuntatt:
Ismijiet:
Nri tat-telefon:
Numri tal-faks
Indirizzi tal-e-Mail:
Sieħeb mogħti x-xogħol (jekk rilevanti)
Isem:
Indirizz:
Zip/kodiċi postali/:
Belt
2. Magni mħaddmin mill-klijent
Tip |
Fabbrikant (*) |
Isem tal-magna (*) |
Identifikazzjoni (*) (sistema ta’ kxif/verżjonijiet tas-software) |
Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu |
CIMs |
|
|
|
|
CRMs |
|
|
|
|
CCMs |
|
|
|
|
COMs |
|
|
|
|
TARMs (**) |
|
|
|
|
TAMs (**) |
|
|
|
|
3. Magni mħaddmin mill-persunal
|
Fabbrikant (***) |
Isem tal-magna (***) |
Identifikazzjoni (***) (sistema ta’ kxif/verżjonijiet tas-software) |
Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu |
BPMs |
|
|
|
|
BAMs |
|
|
|
|
TARMs (****) |
|
|
|
|
TAMs (****) |
|
|
|
|
4. Magni li jagħtu l-flus
Tip |
Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu |
ATMs |
|
SCoTs |
|
Oħrajn |
|
(*) Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, sakemm ma jkunx ingħata numru ta’ identifikazzjoni mill-BĊE.
(**) Użati bħala magni mħaddmin mill-klijent.
(***) Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, sakemm ma jkunx ingħata numru ta’ identifikazzjoni mill-BĊE.
(****) Użati esklussivament bħala magni mħaddmin mill-klijent.
APPENDIĊI 2
GALVU TAR-RAPPORTAR
Dejta operattiva
1. Informazzjoni dwar il-cash handler
Isem il-cash handler |
|
Perijodu ta’ rapportar |
|
2. Dejta
Jekk jogħġbok agħti dejta aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN – bl-esklużjoni ta’ fergħat imbiegħda.
|
Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati (1) |
Li minnhom ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba (1) |
Li minnhom irriċirkulati (2) |
EUR 5 |
|
|
|
EUR 10 |
|
|
|
EUR 20 |
|
|
|
EUR 50 |
|
|
|
EUR 100 |
|
|
|
EUR 200 |
|
|
|
EUR 500 |
|
|
|
Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jagħtu l-flus |
|
Din id-dejta hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
(1) Din il-partita tkopri kemm magni mħaddmin mill-persunal kif ukoll dawk imħaddmin mill-klijenti.
(2) Huma esklużi karti tal-flus tal-euro li jintbagħtu lura lill-BĊNi, u karti tal-flus tal-euro rriċirkulati mill-kaxxiera li mhumiex ipproċessati fuq magna mħaddma mill-persunal.
APPENDIĊI 3
FERGĦAT MBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
Din l-informazzjoni hija pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).
1. Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu
Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu |
|
Perijodu ta’ rapportar |
|
2. Dejta
Isem il-fergħa mbiegħda |
Indirizz |
Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u cash dispensers |
|
|
|