Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Stqarrija mill-KE, il-BĊE, u l-FMI fuq il-Missjoni Interim ta’ Stħarriġ għall-Greċja

17 ta' Ġunju 2010

Timijiet ta’ persunal mill-Kummissjoni Ewropea (KE), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) marru f’Ateni bejn l-14 u s-17 ta’ Ġunju għall-aġġornament dwar żviluppi riċenti u l-implimentazzjoni tal-politika taħt il-programm ekonomiku għall-Greċja.

Filwaqt li l-missjoni din id-darba m’għamlitx stħarriġ komprensiv, id-diskussjonijiet tagħha jissuġġerixxu li l-programm miexi sew u li l-politika qed tiġi implimentata kif miftiehem:

  • L-iżviluppi fiskali huma pożittivi bid-dħul tal-gvern ċentrali dieħel viċin kif mistenni u b’kontroll sod fuq in-neqfa fil-baġit tal-istat. Abbażi tad-dejta preliminari tal-fluss ta’ kontanti, sal-aħħar ta’ Mejju, l-iżbilanċ tal-baġit tal-istat kien inqas milli mbassar fil-programm. Valutazzjoni finali jkollha tikkunsidra l-iżviluppi barra l-gvern ċentrali, li dwarhom bħalissa mhijiex disponibbli informazzjoni sħiħa.
  • Ir- riforma tal-pensjonijiet hija avanzata u ntlaħaq ftehim fuq ħafna parametri ewlenin kif kien previst fil-memorandum ta’ ftehim. L-awtoritajiet qed jagħmlu t-tbassir meħtieġ biex jivvalutaw il-kontribuzzjoni li r-riforma fil-pensjonijiet ser twettaq biex titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.
  • Riformi strutturali oħrajn mexjin ’il quddiem ukoll, inklużi fl-oqsma ta’ amministrazzjoni lokali, il-privatizzazzjoni, is-suq tax-xogħol u l-amministrazzjoni tat-taxxa.
  • Rigward is- settur finanzjarjuqed ikun hemm progress tajjeb lejn it-twaqqif ta’ Fond ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Il-likwidità fis-settur bankarju tibqa’ adegwata.

Il-passi li jmiss. Tliet timijiet ser jerġgħu jmorru f’Ateni lejn l-aħħar ta’ Lulju biex jagħmlu stħarriġ komprensiv taħt il-programm, inkluża valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-miri kwantitattivi u l-livelli milħuqin sal-aħħar ta’ Ġunju. Dan ser ikun l-ewwel stħarriġ formali taħt il-programm. It-tlestija sodisfaċenti ta’ dan l-istħarriġ jippermetti lill-Ġreċja li tagħmel it-tieni żbank taħt il-programm.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja