Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jintroduċi tibdil fir-rati tal-kambju ta’ referenza tal-euro

7 ta' Diċembru 2015
  • Mill-1 ta’ Lulju 2016 ir-rati tal-kambju ta’ referenza tal-euro se jibdew jiġu ppubblikati għall-ħabta tal-16:00 CET
  • Konferma li r-rati tal-kambju ta’ referenza tal-euro jiġu pprovduti għall-fini ta’ “informazzjoni biss”
  • Ir-rati ta’ referenza m’għandhom jintużaw bl-ebda mod għall-fini ta’ tranżazzjonijiet
  • Il-metodoloġija tal-issettjar tar-rati se tibqa’ l-istess

Il-BĊE se jibdel il-ħin tal-pubblikazzjoni tar-rati tal-kambju ta’ referenza tal-euro (rati ta’ referenza tal-BĊE) mill-ħabta tas-14:30 CET għall-ħabta tal-16:00 CET mill-1 ta’ Lulju 2016. Ir-rati ta’ referenza tal-BĊE se jkomplu jiġu stabbiliti bl-użu tal-metodoloġija attwali abbażi ta’ waqt f’ħin partikolari fis-14:15 CET. Ir-reġim ta’ pubblikazzjoni l-ġdid għandu l-għan li jsaħħaħ id-distinzjoni bejn fixings tar-rata tal-kambju użati bħala benchmarks għall-fini ta’ tranżazzjonijiet u r-rati ta’ referenza tal-BĊE li jiġu ppubblikati għall-fini ta’ informazzjoni biss.

Il-BĊE se jimmonitorja mill-qrib l-iżviluppi fis-swieq tal-kambju u jistenna li l-attività tat-tranżazzjonijiet relatata mar-rati ta’ referenza tal-BĊE tonqos sostanzjalment. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-BĊE se jqis idewwimx aktar il-pubblikazzjoni tar-rati ta’ referenza, possibilment sal-ġurnata tan-negozju ta’ wara.

It-tibdil fir-rati ta’ referenza tal-BĊE jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja dwar il- benchmarks tal-kambju, kif ukoll il-prinċipji għall-proċessi tal-issettjar ta’ benchmarks ikkompilati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-prinċipji tal- benchmarks finanzjarji kkompilati globalment mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO). Iżjed tagħrif dwar il-proċedura tar-rati ta’ referenza tal-BĊE b’mod ġenerali jinsab fil-websajt tal-BĊE.

“Billi r-rati ta’ referenza tal-BĊE jiġu pprovduti fl-interess ta’ ċittadini u korporazzjonijiet individwali, huwa essenzjali li jiġi salvagwardat livell għoli ta’ integrità u li jiġi enfasizzat li r-rati huma maħsuba biex jintużaw biss bħala referenza informattiva iktar milli meta jsiru tranżazzjonijiet,” qal Benoît Cœuré, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Il-BĊE ilu jissettja u jippubblika r-rati ta’ referenza tiegħu għall-euro kuljum sa minn meta l-munita ġiet introdotta f’Jannar 1999. Dawn ir-rati sikwit jintużaw fir-rapporti finanzjarji annwali ta’ korporazzjonijiet, prospetti tat-taxxa, rapporti tal-istatistika u analiżi ekonomika. Ir-rati huma l-aktar tagħrif imfittex fil-websajt tal-BĊE, b’iżjed minn miljun żjara fix-xahar.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Eszter Miltényi-Torstensson (+49 69 1344 8034).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja