Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Fond Ewropew ta’ Kooperazzjoni Monetarja (1973-93)

Il-Fond Ewropew ta’ Kooperazzjoni Monetarja (l-"EMCF") ġie stabbilit fl-1973 biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li jaħdmu lejn l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Kien jopera minn Basel, bil-Bank għas-Saldi Internazzjonali (BIS) jipprovdi l-appoġġ amministrattiv u tekniku essenzjali.

L-għan ewlieni tal-EMCF kien li jippromwovi t-tnaqqis progressiv tal-marġni ta’ fluttwazzjoni bejn il-valuti Komunitarji varji permezz tal-operat tal-“Currency Snake”. Kien jimmonitorja wkoll l-interventi fis-swieq tal-kambju barranin f’muniti Komunitarji u kien responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ finanzjament u saldi fuq medda qasira ta’ żmien bejn il-banek ċentrali, li wasslu għal politika miftiehma dwar ir-riżervi.

Mill-1976, l-EMCF kien responsabbli wkoll għall-amministrazzjoni ta’ self Komunitarju biex jappoġġa l-bilanċ tal-pagamenti ta’ ċerti Stati Membri. Mill-1979, bl-introduzzjoni tas-Sistema Monetarja Ewropea u l-Unità Monetarja Ewropea (ECU), wettaq il-kompiti kollha relatati mal-ħolqien, l-użu u r-remunerazzjoni tal-ECUs.

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-EMCF kien jikkonsisti mill-gvernaturi tal-banek ċentrali li kienu fuq il-Kumitat tal-Gvernaturi flimkien ma’ membru wieħed mill-Kummissjoni Ewropea. Wara l-ewwel laqgħa tiegħu fl-14 ta’ Mejju 1973, il-Bord ħatar lill-BIS bħala Aġent biex iwettaq l-operazzjonijiet tal-EMCF f’konformità mad-direttivi rilevanti.

L-EMCF ġie xolt fl-1 ta’ Jannar 1994, meta r-rwoli tiegħu ttieħdu mill-Istitut Monetarju Ewropew (EMI), filwaqt li l-BIS kompla jaġixxi bħala Aġent għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Mejju 1995.

Il-fondi tal-EMCF jikkonsistu f’madwar 14-il metru lineari ta’ dokumenti testwali. Dawn jinkludu direttivi, deċiżjonijiet u fajls minn laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi, rapporti u notifiki mill-BIS fir-rwol tiegħu bħala Aġent, u dokumentazzjoni dwar it-twaqqif tal-Fond u s-self Komunitarju għall-Greċja, l-Italja u Franza. Id-dokumenti fil-biċċa l-kbira jkopru l-perjodu mill-1973 sa l-2002 (b’xi kopji ta’ dokumenti mill-1953) u huma l-aktar bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Ibbrawżja l-kontenut ta’ hawn taħt biex issib dokumenti li huma disponibbli b’mod diġitali.

EMCF 1 Status u organizzazzjoni
1953-1994(1973-1992,b’mod partikolari)

EMCF 1.1 Fondazzjoni u kostituzzjoni

Din is-subtaqsima tkopri l-qafas legali u organizzattiv użat biex tistabbilixxi l-EMCF u tgħinu jaħdem. Tkopri wkoll is-sostituzzjoni tal-EMCF bl-Istitut Monetarju Ewropew (EMI). Tinkludi d-deċiżjonijiet u d-direttivi miftehma mill-Bord tal-Gvernaturi u r-rekords tal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-EMCF (1973-1976).

1966-2002(1979-1995, b’mod partikolari)

EMCF 1.2 Amministrazzjoni finanzjarja u tranżazzjonijiet

Din is-subtaqsima tinkludi self Komunitarju magħmul fi Franza (1983), fil-Greċja (1985, 1991) u fl-Italja (1993), kif ukoll notifiki u stħarriġ ta’ kull xahar dwar tranżazzjonijiet ta’ kambju u deheb, u fuq operazzjonijiet oħra.

EMCF 2 Laqgħat u opinjonijiet professjonali
1973-1993

EMCF 2.1 Laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi u gruppi oħrajn

Din is-subtaqsima tkopri l-aġendi, il-minuti u d-dokumentazzjoni relatata tal-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi, li saru bejn l-14 ta’ Mejju 1973 u l-14 ta’ Diċembru 1993; u tal-laqgħat tal-Gruppi ta’ Ħidma dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, li saru bejn il-21 ta’ Settembru 1973 u t-30 ta’ April 1976.

1973-1995

EMCF 2.2 Rapporti tal-Aġent u l-EMCF

Din is-subtaqsima tkopri rapporti statutorji relatati mal-attivitajiet tal-EMCF, kif ukoll rapporti mħejjija mill-Aġent dwar operazzjonijiet finanzjarji b’konnessjoni mal-operazzjonijiet ta’ self u tislif tal-KEE, u fuq l-operazzjonijiet tal-EMCF.

Interessat(a) li ssir taf aktar dwar l-EMCF? Fittex fl-inventarju tal-arkivji jew ikkuntattjana.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima