Relazzjonijiet Ewropej
Il-BĊE ħa f'idejh ir-responsabbiltà għall-politika monetarja unika taż-żona tal-euro fl-1 ta' Jannar 1999. Waqt li l-BĊE hu integrat għalkollox fil-qafas istituzzjonali tal-UE, it-Trattat jagħtih status speċjali.
B'mod partikolari, il-BĊE hu indipendenti għalkollox fit-twettiq tal-mandat u d-dmirijiet tiegħu. Dan ifisser ukoll li l-BĊE hu soġġett għal rekwiżiti stretti ta' rappurtar fil-konfront taċ-ċittadini tal-Ewropa u tar-rappreżentanti eletti tagħhom.
Il-BĊE jaħdem flimkien ma' istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħrajn għal għadd ta' raġunijiet ekonomiċi, funzjonali u legali. Biex iwettaq id-dmirijiet relatati mal-kooperazzjoni Ewropea, il-BĊE jopera fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) tal-Unjoni Ewropea.