Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Sensiela Europa tal-karti tal-euro

Il-karti tal-flus tas-sensiela Europa ġew introdotti ftit ftit matul bosta snin. L-ewwel erba' karti tal-€5, €10, €20 u €50 tas-sensiela daħlu fiċ-ċirkolazzjoni fl-2013, 2014, 2015 u 2017 rispettivament. Il-karti tal-€100 u tal-€200 bdew jiċċirkolaw fit-28 ta' Mejju 2019 b'hekk tlesta l-ħruġ tas-sensiela Europa.

Il-BĊE ddeċieda li jwaqqaf il-produzzjoni tal-karta tal-flus tal-€500, għalkemm il-karti tal-€500 tal-ewwel sensiela se jibqgħu valuta legali (aqra l-istqarrija għall-istampa relatata).

Europa

It-tieni sensiela tal-karti tal-flus hi msejħa s-sensiela Europa għaliex tnejn mill-karatteristiċi tas-sigurtà fihom xbieha ta’ wiċċ Europa. Din il-figura mill-mitoloġija Griega ġiet inkluża fil-karti tal-flus tal-euro l-ġodda għaliex għandha rabta ċara mal-kontinent tal-Ewropa u wkoll għaliex tagħti laqta umana lill-karti tal-flus. Ix-xbieha ta' wiċċ Europa ttieħdet minn vażun li jinsab fil-Louvre f’Pariġi.

Il-Wiċċ Ġdid tal-Euro - Europa

Għaliex karti tal-flus ġodda?

Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Eurosistema huma responsabbli għall-integrità tal-karti tal-flus tal-euro. Għalhekk żviluppaw it-tieni sensiela ta' karti tal-flus tal-euro b'karatteristiċi tas-sigurtà mtejba li jħarsu s-sigurtà tal-karti tal-flus u jżommu l-fiduċja tal-pubbliku f'din il-munita.

Nibqgħu pass quddiem il-falsifikaturi

Il-karti l-ġodda tal-euro jgawdu mill-progress li sar fit-teknoloġija tal-karti tal-flus. Il-karatteristiċi tas-sigurtà l-ġodda joffru ħarsien imtejjeb kontra l-falsifikazzjoni.

L-istrateġija tar-riċerka u l-iżvilupp tal-Eurosistema tiddikjara li l-karti tal-flus tal-euro għandhom jinkorporaw "difiża proprja", biex b'hekk jagħmlu l-ħajja diffiċli għall-falsifikaturi. Jeħtieġ li l-banek, il-professjonisti li jimmaniġġaw il-flus kif ukoll il-pubbliku jkunu kapaċi jagħrfu l-karti tal-flus foloz; b'hekk jgħinu biex jappoġġaw l-istrateġija tal-Eurosistema kontra l-falsifikazzjoni.

Jifilħu għall-kedd tal-użu u iktar dejjiema

Il-karti tal-flus tal-euro l-ġodda huma wkoll iżjed dejjiema minn dawk tal-ewwel sensiela. Dan ifisser li l-karti tal-flus se jkollhom jinbidlu anqas ta’ spiss u b'hekk jonqsu l-ispejjeż u l-impatt ambjentali. Dan hu importanti, speċjalment għall-karti tal-flus tal-€5 u tal-€10, billi dawn jgħaddu minn id għal oħra ħafna iżjed spiss mill-karti l-oħra.

Il-karti tal-flus tal-ewwel sensiela u tas-sensiela Europa jiċċirkolaw flimkien

Il-karti tal-flus tal-ewwel sensiela se jkomplu joħorġu flimkien mal-karti tas-sensiela Europa sakemm jispiċċaw il-ħażniet li fadal. Wara jibdew jitwarrbu ftit ftit. Id-data meta l-ewwel sensiela tal-karti tal-euro ma tibqax valuta legali se titħabbar minn żmien sew qabel. Madankollu, il-karti tal-flus tal-ewwel sensiela dejjem se jżommu l-valur tagħhom u jistgħu jissarrfu għal perijodu bla limitu ta’ żmien fil-BĊN tal-Eurosistema.

Tħejjija għall-introduzzjoni tal-karti tal-flus il-ġodda

Il-BĊE jqiegħed karti tal-flus ġodda għad-dispożizzjoni tas-setturi rilevanti ħafna qabel ma jiġu introdotti u jikkoopera mill-qrib mal-partijiet interessati kollha fil-Programm ta’ Sħubija tal-Eurosistema biex jgħin ħalli t-tranżizzjoni ssir bla xkiel.

Madankollu, is-sidien u l-manifatturi tat-tagħmir li jipproċessa l-karti tal-flus fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli biex jadattaw il-magni tagħhom għall-karti tal-flus il-ġodda.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima