Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Muniti kommemorattivi ta’ €2 – 2004

Belt tal-Vatikan

Tema:Il-75 anniversarju tat-twaqqif tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Deskrizzjoni Fil-parti ta’ ġewwa hemm rappreżentazzjoni skematika tal-ħitan perimetrali tal-Belt tal-Vatikan bil-Bażilika ta’ San Pietru fl-ewwel pjan. Fin-naħa ta’ ġewwa wkoll hemm l-iskrizzjonijiet '75o ANNO DELLO STATO’ u ‘1929-2004’ kif ukoll, b’ittri iżgħar, l-isem tad-disinjatur ‘VEROI’ u l-inizjali tal-intaljatur ‘L.D.S. INC.’. Fil-parti ta' fuq taċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea, u fil-parti t'isfel hemm l-iskrizzjoni ‘CITTÀ DEL VATICANO’.

Volum tal-ħruġ: 100,000 munita

Data tal-ħruġ: Diċembru 2004

L-Italja

Tema:Il-ħames deċennju tal-Programm Dinji tal-Ikel

Deskrizzjoni: Fin-nofs hemm globu mxaqleb lejn il-lemin u fuqu hemm imnaqqax il-kliem ‘WORLD FOOD PROGRAMME’ (Programm Dinji tal-Ikel). Sbula tal-qamħ, sbula tal-qamħirrum u sbula tar-ross, it-tliet ċereali li jirrappreżentaw l-għejun bażiċi tan-nutriment dinji, ifeġġu minn wara l-globu. Fuq il-lemin tal-globu hemm l-ittra ‘I’ imnaqqxa fuq l-ittra ‘R’ li jindikaw il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘Repubblica Italiana’, u taħthom hemm l-ittri U u P żgħar, l-inizjali tal-inċiżitriċi Uliana Pernazza. Fin-naħa ta’ fuq lejn ix-xellug tal-globu hemm il-marka taz-zekka ‘R’ u taħt il-globu hemm is-sena meta ħarġet il-munita ‘2004’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea, imqassmin erbgħa erbgħa u mifrudin mis-sbuliet.

Volum tal-ħruġ: 16 miljun munita

Data tal-ħruġ: Diċembru 2004

Repubblika ta' San Marino

Tema:Bartolomeo Borghesi (storiku, numiżmatiku)

Deskrizzjoni: it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea mqiegħda madwar iċ-ċirku ta’ barra tal-munita u s-sena tal-ħruġ "2004", pożizzjonat f'nofs il-qiegħ, jdawru l-bust ta’ Bartolomeo Borghesi. Fuq ix-xellug tal-bust hemm imnaqqax il-kliem ‘BARTOLOMEO BORGHESI’ flimkien mal-marka taz-zekka ‘R’ u l-inizjali tal-inċiżur ‘E.L.F.’.Fuq il-lemin tal-bust hemm il-kelma ‘SAN MARINO’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea, u isfel fin-nofs tidher is-sena meta ħarġet il-munita ‘2004’.

Volum tal-ħruġ: 110,000 munita

Data tal-ħruġ: Diċembru 2004

Il-Finlandja

Tema: It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea b'għaxar Stati Membri ġodda

Deskrizzjoni: Id-disinn juri pilastru stilizzat li minnu jidhru xi rimjiet qegħdin jiftħu. Dawn ir-rimjiet jirrappreżentaw it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea. Il-kolonna tirrappreżenta l-bażi għat-tkabbir. Ħdejha jidhru l-ittri ‘EU’ (UE – Unjoni Ewropea). Fin-naħa ta’ fuq tal-munita hemm is-sena ‘2004’. Tnax-il stila, flimkien mas-sena, jdawru d-disinn.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2004

Il-Lussemburgu

Tema: Xbieha u monogramma tal-Gran Duka Henri

Deskrizzjoni: Fuq ix-xellug tan-naħa ta' ġewwa tal-munita tidher ix-xbieha tal-profil tal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri qiegħed iħares lejn il-lemin, filwaqt li fuq il-lemin hemm il-monogramma tal-istess Gran Duka (l-ittra ‘H’ b'kuruna fuqha). It-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea jidhru f'forma ta' nofs tond fin-naħa ta' ġewwa fuq il-lemin tal-monogramma. Fil-parti ta' fuq taċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru mnaqqxin fit-tond is-sena meta ħarġet il-munita ‘2004’ il-marka taz-zekka u l-inizjali tal-inċiżur kif ukoll il-kelma ‘LËTZEBUERG’. Il-kliem ‘HENRI – Grand-Duc de Luxembourg’ (Henri Gran Duka tal-Lussemburgu) jidher fil-parti t'isfel taċ-ċirku ta' barra.

Volum tal-ħruġ: 2.49 miljun munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2004

Il-Greċja

Tema: Il-Logħob Olimpiku f’Ateni 2004

Deskrizzjoni: it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea mqiegħda madwar iċ-ċirku ta' barra jdawru d-disinn ta’ statwa antika li turi discobolu fl-attentat tiegħu biex jarmi d-diska. Il-bażi tal-istatwa tmiss maċ-ċirku ta' barra tal-munita. Fuq ix-xellug tax-xbieha hemm il-logo tal-Logħob Olimpiku ‘ATHENS 2004’ (Ateni 2004) u l-ħames ċrieki Olimpiċi filwaqt li fuq il-lemin jinsabu, fuq xulxin, in-numru ‘2’ u l-kelma ‘ΕΥΡΩ’ (euro) bil-Grieg. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea. Is-sena meta ħarġet il-munita tinsab mifruda minn waħda mill-istilel fin-nofs fin-naħa t'isfel ‘20*04’ u l-marka taz-zekka tinsab 'il fuq minn ras l-atleta lejn il-lemin.

Volum tal-ħruġ: 50 miljun munita

Data tal-ħruġ: Marzu 2004