Muniti kommemorattivi ta' €2 – 2019
Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna ttieħdu minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandhom mnejn ivarjaw xi ftit minn materjal ieħor pubblikat f’din il-websajt.
Andorra
Tema: 600 sena tal-Kunsill tal-Pajjiż
Deskrizzjoni: Id-disinn ifakkar is-600 anniversarju tal-ħolqien tal-Consell de la Terra (Kunsill tal-Pajjiż). Dan kien korp rappreżentattiv maħluq fl-1419, predeċessur tal-Consell General (Kunsill Ġenerali), il-parlament ta’ Andorra. Fid-disinn tidher il-parti ta’ fuq tal-bieb il-kbir tad-dħul ta’ Casa de la Vall (is-sede l-qadima tal-parlament), bl-istemma araldika tal-pajjiż u framment ta’ tieqa ’l fuq minnha. Żewġ gruppi kumpatti ta’ uċuħ umani fuq iż-żewġ naħat tad-disinn, bħallikieku kienu ġebel tal-bini, ifissru l-koeżjoni tal-poplu ta’ Andorra bħala komunità soċjali magħquda fl-istorja, l-istituzzjonijiet u l-valuri.
Id-disinn jikkonsisti mill-iskrizzjoni ‘600 ANYS DEL CONSELL DE LA TERRA’ (600 sena tal-Kunsill tal-Pajjiż) fin-naħa ta’ fuq, u l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ ‘ANDORRA’ u ż-żewġ dati tas-sena ‘1419’ u ‘2019’ f’nofs in-numru ‘600’ fin-naħa t’isfel. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 60 000 munita
Data tal-ħruġ: Ir-raba’ trimestru 2019
L-Estonja
Tema: Iċ-ċentinarju tal-Università ta’ Tartu
Deskrizzjoni: Il-munita se tfakkar iċ-ċentinarju tal-Università ta’ Tartu li twaqqfet bħala l-ewwel università tal-ilsien Estonjan. Din twaqqfet fl-1632 mir-Re Svediż Gustav II Adolf u hi waħda mill-eqdem universitajiet fit-Tramuntana u l-Lvant tal-Ewropa. Fl-1919 saret l-ewwel università tal-ilsien Estonjan. Fid-disinn jidher motif tal-bini ewlieni tal-università. Jidhru wkoll l-iskrizzjonijiet ‘RAHVUSÜLIKOOL 100’ (Università Nazzjonali 100) u ‘UNIVERSITAS TARTUENSIS’, is-sena ‘1632’, il-pajjiż tal-ħruġ ‘EESTI’ u s-sena tal-ħruġ ‘2019’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Novembru 2019
Is-Slovenja
Tema: Il-mitt anniversarju tal-fundazzjoni tal-Università ta’ Ljubljana
Deskrizzjoni: Il-logo tal-Univeristà ta’ Ljubljana huwa fl-qalba tad-disinn. Fuq in-naħa tax-xellug tal-faċċata tal-Università fuq il-kwadru solidu tal-logo tagħha hemm issostitwta l-iskrizzjoni “100 LET UNIVERZE V LJUBLJANI”. L-isfond tad-disinn huwa mqabbeż sabiex jingħata impatt ikbar għall-iskrizzjoni fil-kwadru solidu. Fuq in-naħa ta’ isfel tan-naħa tal-lemin hemm l-iskrizzjoni “SLOVENIJA 2019”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Ir-raba’ trimestru 2019
Il-Litwanja
Tema: Sutartinės (kanzunetti multiparti Litwani — imniżżla fil-Lista Rappreżentattiva tal-Unesco tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità)
Deskrizzjoni: Id-disinn fih motivi lineari li jissimbolizzaw melodiji polifoniċi tal-wirt uniku Litwan — kanzunetti folk sutartinės. Il-linji jitwessgħu u jerġgħu jidjiequ, u jduru f’vortiċi ddekorat b’diversi figuri ġeometriċi u naturali f’minjatura. L-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ ‘LIETUVA’, kif ukoll l-iskrizzjoni ‘SUTARTINĖS’ (kanzunetti multiparti Litwani) u s-sena ta’ ħruġ “2019” jintwerew f’nofs ċirku. Il-marka taż-Żekka Litwana tidher ukoll. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Tielet trimestru 2019
Il-Litwanja
Tema: Samogitia (Reġjun Etnografiċi Litwani)
Deskrizzjoni: Id-disinn juri ors bilwieqfa fuq saqajh ta’ wara, b’kullar katina ma għonqu. Ilu jidher fuq l-istemma ta’ Samogitia sa mis-seklu 16. L-ors qiegħed ma’ tarka b’kuruna fuq, li qed tinżamm minn suldat ikkorazzat (simbolu ta’ kuraġġ, sagrifiċju u patrijottiżmu) u alla mara b’ankra (simbolu ta’ tama). Taħt hemm iskrizzjoni bil-Latin “PATRIA UNA” (patrija waħda). Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet ‘LIETUVA’ (il-Litwanja) u ‘ŽEMAITIJA’ (Samogitia), is-sena ta’ ħruġ “2019” u l-marka taz-zekka taz-Zekka Litwana. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Tielet trimestru 2019
Il-Portugall
Tema: 600 sena mill-iskoperta tal-arċipelagu ta’ Madeira, min-navigaturi Portugiżi Bartolomeu Perestrelo u Tristão Vaz
Deskrizzjoni: L-avveniment, magħruf bħala l-ewwel skoperta territorjali Portugiża, immarka pass storiku fil-konsolidament tal-Portugall bħala qawwa marittima u ta lok għal Żmien tal-Iskoperti Portugiżi (1418-1522). Id-disinn fih l-Arċipelagu ta’ Madera u l-gżira ta’ Porto Santo. Fin-nofs ċirku hemm l-iskrizzjonijiet “600 anos do Descobrimento da Madeira e do Porto Santo” u “PORTUGAL 2019”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: It-tieni nofs tal-2019
Il-Portugall
Tema: 500 sena tal-ewwel ċirkumnavigazzjoni organizzata u mmexxija mill-esploratur u navigatur Portugiż Fernão De Magalhães
Deskrizzjoni: L-ispedizzjoni Spanjola lejn l-Indi tal-Lvant bdiet fl-1519 u spiċċat fl-1522 u rriżultat fl-ewwel ċirkumnavigazzjoni tad-dinja. Id-disinn fih ix-xbieha ta’ Fernão De Magalhães. Fuq in-naħa tal-lemin, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “CIRCUM NAVEGAÇÃO” (ċirkumnavigazzjoni) u taħt l-iskrzzjoni “1519 FERNÃO DE MAGALHÃES”. Fuq in-naħa tax-xellug, f’nofs ċirku, hemm is-sena tal-ħruġ "2019" u taħt l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ "PORTUGALL". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Data tal-ħruġ: It-tieni nofs tal-2019
Malta
Tema: Natura u Ambjent
Deskrizzjoni: Id-disinn inħoloq minn student tal-iskola u fih siġra tal-frott u rappreżentazzjoni stilizzata tax-xemx. Fuq in-naħa ta’ isfel fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA” u taħt is-sena tal-ħruġ “2019”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 320 000 munita
Data tal-ħruġ: 21 ta’ Ottubru 2019
Il-Vatikan
Tema: Il-Kappella Sistina — Tmiem ir-restawr 1994-2019
Deskrizzjoni: Id-disinn fih il-Ġudizzju Universali fil-Kappella Sistina. Fil-parti tax-xellug, f'nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ "CITTÀ DEL VATICANO". Fuq il-lemin, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjonijiet “CAPPELLA SISTINA — FINE DEI RESTAURI” u “1994-2019”. Fin-naħa tal-lemin hemm il-marka taż-żekka ‘R’ u fin-naħa ta ’isfel hemm l-isem tal-artist “O.ROSSI”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 91 000 munita
Data tal-ħruġ: 1 ta’ Ottubru 2019
Franza
Tema: It-tletin anniversarju tal-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin
Deskrizzjoni: Tletin sena ilu waqa’ l-ħajt ta’ Berlin. Lil hinn mill-impatt fuq is-soċjetà Ġermaniża, kien avveniment b'konsegwenzi globali. Fid-9 ta’ Novembru, 1989, din l-okkażjoni tfakkar it-tmiem tal-gwerra l-bierda u tħabbar konċiljazzjoni wara diversi deċenni ta’ tensjonijiet internazzjonali. Fil-livell Ewropew, dan kien l-ewwel pass lejn ir-riunifikazzjoni ta’ wieħed mill-pajjiżi ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Din il-bidla maġġuri mbagħad ġiet materjalizzata bit-Trattat ta’ Moska fejn Franza kienet firmatarja. L-Unjoni Ewropea mbagħad laqgħet 16-il miljun ċittadin ġdid f'sena waħda biss; kważi l-effett strutturali u ekonomiku ta’ merħba lil pajjiż ġdid!
Id-disinn jirrapreżenta l-Ħajt ta’ Berlin, miftuħ min-nofs, minn fejn għaddejjin il-ħamiem (allegoriji tal-konċiljazzjoni internazzjonali), u l-folla ferħana sa ttir. Fl-isfond, jidher il-Bieb ta’ Brandenburg, is-simbolu ewlieni ta’ Berlin. Ir-referenza '30 ans de la chute du Mur de Berlin/30 Jahre Mauerfall' hi mnaqqxa fuq naħa waħda tal-ħajt. Fin-naħa ta’ isfel tad-disinn hemm is-sena tal-ħruġ '2019' u fuq il-lemin tagħha hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ 'RF' (jiġifieri r-République française). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 10 miljun munita
Data tal-ħruġ: Ottubru 2019
Il-Ġermanja
Tema: It-tletin anniversarju tal-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin
Deskrizzjoni: Tletin sena ilu waqa’ l-ħajt ta’ Berlin. Lil hinn mill-impatt fuq is-soċjetà Ġermaniża, kien avveniment b'konsegwenzi globali. Fid-9 ta’ Novembru, 1989, din l-okkażjoni tfakkar it-tmiem tal-gwerra l-bierda u tħabbar konċiljazzjoni wara diversi deċenni ta’ tensjonijiet internazzjonali. Fil-livell Ewropew, dan kien l-ewwel pass lejn ir-riunifikazzjoni ta’ wieħed mill-pajjiżi ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Din il-bidla maġġuri mbagħad ġiet materjalizzata bit-Trattat ta’ Moska fejn Franza kienet firmatarja. L-Unjoni Ewropea mbagħad laqgħet 16-il miljun ċittadin ġdid f'sena waħda biss; kważi l-effett strutturali u ekonomiku ta’ merħba lil pajjiż ġdid! Id-disinn jirrapreżenta l-Ħajt ta’ Berlin, miftuħ min-nofs, minn fejn għaddejjin il-ħamiem (allegoriji tal-konċiljazzjoni internazzjonali), u l-folla ferħana sa ttir. Fl-isfond, jidher il-Bieb ta’ Brandenburg, is-simbolu ewlieni ta’ Berlin. Hemm imsemmi “30 Jahre Mauerfall” (30 sena mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin) hu miktub fuq naħa waħda tal-ħajt. Fin-naħa ta’ isfel tad-disinn hemm is-sena tal-ħruġ “2019” u fuq il-lemin hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “D”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 30 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Settembru/Ottubru 2019
Il-Finlandja
Tema: L-Att tal-Kostituzzjoni tal-Finlandja
Deskrizzjoni: Id-disinn juri tliet oqsma ċirkulari li huma mgħaqqda flimkien fiċ-ċentru. It-tliet oqsma jirrappreżentaw it-trias politica, is-separazzjoni tal-poteri fi tliet fergħat differenti: poter leġiżlattiv, eżekuttiv u ġudizzjarju. Is-sena tal-ħruġ “2019” tinsab fiċ-ċentru fin-naħa ta’ isfel. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ ‘FI’ u l-marka taż-żekka jinsabu n-naħa ta’ isfel fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Settembru/Ottubru 2019
Il-Lussemburgu
Tema: Il-100 anniversarju tas-sufffraġju universali
Deskrizzjoni: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug ix-xbieha tal-Majestà Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, u fuq il-lemin kaxxa tal-votazzjoni fejn karta tal-vot qed tiddaħħal minn id. Fin-naħa ta’ isfel jidher isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LUXEMBOURG’. Fin-naħa ta’ fuq, f'forma ta’ nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni "Centenaire du suffrage universel" (Ċentinarju tas-suffraġju universali) u taħt l-iskrizzjoni "1919 - 2019", din tal-aħħar hija s-sena tal-ħruġ. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Settembru 2019
Il-Latvia
Tema: Ix-xemx tiela’
Deskrizzjoni: Il-munita hija ddedikata għall-istorja tal-Istemma tal-Latvja u għandha l-motif ta’ xemx tiela’. Dan il-motif kien oriġinarjament parti mill-proposta tad-disinn għas-simbolu tal-Latvja awtonoma, maħluqa mill-artist Ansis Cīrulis fl-1917. Aktar tard dan il-motif ħareġ bħala wieħed mill-elementi bażiċi tal-Istemma tal-Latvja. Il-motif ta’ xemx tiela’ ntuża wkoll mill-artist Ansis Cīrulis qabel, fid-disinn tal-baġġ tal-ixkubettiera Latvjani u x-xogħlijiet oħra tiegħu. Wara l-fondazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja fl-1918 il-varjazzjonijiet tal-motif ta’ xemx tiela’ dehru fil-proposti kollha tad-disinn għall-istemma tal-istat il-ġdid. L-Istemma tal-Latvija kienet adottata uffiċjalment fl-1921. Id-disinn juri l-motif tax-xemx tiela’, b'ittri stilizzati B u L (abbrevjazzjoni mill-kliem "Brīvā Latvija" (il-Latvja Ħielsa)) fiċ-ċentru. Juri ukoll iskrizzjoni “UZLECOŠĀ SAULE” (Ix-xemx tiela’), l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “LATVIJA” u s-sena tal-ħruġ "2019". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 307 000 munita
Data tal-ħruġ: Tielet trimestru 2019
San Marino
Tema: Il-550 anniversarju tal-mewt ta’ Filippo Lippi
Deskrizzjoni: Iċ-ċentru tal-munita juri l-Madonna u l-Bambin, dettall mill-Madonna ta’ Filippu Lippi "Madonna u l-Bambin b'żewġ Angli"; fuq hemm l-iskrizzjonijiet "SAN MARINO" u "FILIPPO LIPPI” u fuq ix-xellug hemm is-sena "1469" u l-ittra "R" li tidentifika ż-Żekka ta’ Ruma. Fuq in-naħa tax-xellug ta’ isfel hemm l-inizjali tal-artist Maria Angela Cassol "M.A.C.", u fiċ-ċentru s-sena "2019". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 60 500 munita
Data tal-ħruġ: Settembru 2019
Malta
Tema: Sit ta’ Wirt Dinji – it-tempji preistoriċi ta’ Ta’ Ħaġrat
Deskrizzjoni: Id-disinn jinkludi Ta’ Ħaġrat, tempju preistoriku li jinsab fl-Imġarr, villaġġ żgħir fil-majjistral ta' Malta. It-tempju jikkonsisti f'żewġ strutturi li l-akbar minnhom imur lura għal madwar 3 600 sa 3 200 QK. Dan it-tempju għandu bieb monumentali, li huwa l-aktar karatteristika distintiva tiegħu. L-iskrizzjoni "TA' ĦAĠRAT TEMPLES 3600-3000 BC" tidher fin-naħa ta' fuq tad-disinn. Fin-naħa ta’ isfel hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "MALTA" u s-sena tal-ħruġ "2019". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 320 000 munita
Data tal-ħruġ: Lulju 2019
L-Estonja
Tema: 150 anniversarju tal-Festival tal-Kanzunetta
Deskrizzjoni: Id-disinn huwa ispirat mill-purċissjoni taċ-Ċelebrazzjoni tal-Kanzunetta, li tiċċaqlaq bħall-mewġ fuq il-baħar b'għajjat ta’ ferħ u kburija u wirja sabiħa ta’ lbies nazzjonali. Id-disinn jgħaqqad il-mużika, il-kostumi nazzjonali, u s-siti varji taċ-Ċelebrazzjoni tal-Kanzunetta kbira u qawwija tan-nazzjon mal-baħar. Id-disinn jinkludi wkoll l-ewwel noti tal-innu nazzjonali Estonjan u, fil-qiegħ, il-kliem "Laulupidu 150" (Ċelebrazzjoni tal-Kanzunetta 150). Fuq nett hemm is-sena tal-ħruġ "2019" u taħt l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ "EESTI". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2019
Il-Greċja
Tema: Andreas Kalvos – 150 sena in memoriam
Deskrizzjoni: Imwieled f'Zante, Andreas Kalvos (1792-1869) huwa wieħed mill-aktar poeti importanti Griegi moderni. Jgħaqqad edukazzjoni solida neo-klassika mal-ideali għoljin tar-Romantiċiżmu u arkaiċizzanti bil-Grieg demotiku, huwa esprima kemm l-ideat rivoluzzjonarji ta’ żmienu kif ukoll il-viżjoni personali tiegħu. Fuq in-naħa nazzjonali tal-munita jidher ritratt ta’ Andreas Kalvos Fuq it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm miktub l-isem “ANDREAS KALVOS 1792-1869”, flimkien mas-sena taż-zekka u palma żgħira (marka taż-Zekka Griega); miktub mat-tarf ta’ ġewwa fuq il-lemin hemm il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Isfel fuq il-lemin jidher ukoll il-monogramm tal-artist (George Stamatopoulos). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2019
Il-Greċja
Tema: Ċentenarju tat-twelid ta’ Manolis Andronicos
Deskrizzjoni: Manolis Andronicos (1919-1992) kien wieħed mill-aqwa arkeologi tal-Greċja. L-iskoperta tiegħu tal-oqbra rjali ta’ Vergina fl-1977 kixef skoperti mill-isbaħ li jikkonfermaw il-kobor taċ-ċiviltà antika tal-Maċedonja. Id-disinn juri ritratt ta’ Manolis Andronicos. Fuq it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm miktub l-isem “MANOLIS ANDRONICOS 1919-1992”, flimkien mas-sena taż-zekka u palma żgħira (marka taż-Zekka Griega); miktub mat-tarf ta’ ġewwa fuq il-lemin hemm il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Isfel fuq il-lemin jidher ukoll il-monogramm tal-artist (George Stamatopoulos). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2019
Monako
Tema: Il-200 anniversarju mit-tlugħ fit-tron tal-Prinċep Honoré V
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha ta’ Honoré V. Fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni "HONORÉ V" u fuq il-lemin l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ "MONACO". Fin-naħa ta’ isfel, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “1819 — Avènement — 2019”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 15 000 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2019
Franza
Tema: Is-sittin anniversarju ta’ Asterix
Deskrizzjoni: Għal sittin sena, Asterix hu verament ikona tal-kultura Franċiża. Maħluq fl-1959 mix-xenista René Goscinny u d-disinjatur ta’ cartoons Albert Uderzo, dan il-karattru jinkorpora lill-Franċiż bl-intelliġenza u l-makakkerija tiegħu permezz l-identità Gallika. Minbarra l-linja artistika tiegħu, it-turija tas-soċjetà kontemporanja b’umoriżmu ġab lil Asterix fama internazzjonali kbira għal ħafna snin. Sa mill-bidu tiegħu, ġie tradott fil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea b'suċċess kbir. Pereżempju r-reputazzjoni ta’ Asterix hija qawwija fil-Ġermanja daqs kemm hi fi Franza Ġie stabbilit ukoll tajjeb ħafna fir-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Iskandinavja għal ħafna snin. Lil hinn mill-ikona Franċiża, Asterix sar figura vera tad-9 arti Ewropea. Id-disinn jirrappreżenta Asterix fil-profil liebes l-elmu tal-ġwienaħ famuż tiegħu. Huwa mdawwar mir-rand u iskrizzjonijiet Rumani li jirriferu għas-60 sena tiegħu. Fin-naħa ta’ fuq tal-iskrizzjoni “ASTÉRIX” u taħt l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” (jiġifieri République française). Is-sena tal-ħruġ “2019” hija miktuba fil-qiegħ, flimkien mal-marka taz-zekka Franċiża u l-marka tad-direttur taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 310 000 munita
Data tal-ħruġ: Mejju 2019
Is-Slovakkja
Tema: Il-100 anniversarju mill-mewt ta’ Milan Rastislav Štefánik
Deskrizzjoni: Id-disinn juri ritratt ta’ Milan Rastislav Štefánik, wieħed mill-figuri l-iktar importanti fl-istorja Slovakka. Fuq ix-xellug tar-ritratt hemm id-dati tat-twelid ta’ Štefánik “1880” u l-mewt “1919”, waħda fuq l-oħra. Fin-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa tal-munita, f’nofs ċirku, hemm l-isem “MILAN RASTISLAV ŠTEFÁNIK” u l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “SLOVENSKO”. Is-sena tal-ħruġ “2019” hija bejn ir-ritratt u n-naħa tal-lemin. Taħt is-sena hemm l-ittri stilizzati “PV”, l-inizjali tad-disinjatur, Peter Valach, u taħthom hemm il-marka taz-zekka taz-Zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti mill-ittri “MK” mqiegħda bejn żewġ forom. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Data tal-ħruġ: April 2019
San Marino
Tema: Il-500 anniversarju mill-mewt ta’ Leonardo da Vinci
Deskrizzjoni: Iċ-ċentru tal-munita juri anġlu mpitter minn Leonardo da Vinci fi ‘Il-Magħmudija ta’ Kristu’; fit-tarf, fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni "SAN MARINO", fuq il-lemin l-iskrizzjoni “1519 Leonardo 2019"; fuq ix-xellug hemm l-inizjali tal-artist Uliana Pernazza "UP" u fuq in-naħa ta’ isfel tal-lemin l-ittra “R” li tidentifika z-Zekka ta' Ruma. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 60 500 munita
Data tal-ħruġ: April 2019
Andorra
Tema: Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Iski 2019
Deskrizzjoni: Il-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Iski tal-2019 saru fil-Prinċipat ta’ Andorra mill-11 sas-17 ta' Marzu 2019. B'dan l-avveniment, il-Prinċipat ta’ Andorra ospita waħda mill-iktar kompetizzjoni importanti tal-iski alpin fid-dinja. Għall-Prinċipat ta’ Andorra, dan kien l-iktar avveniment prestiġjuż tal-isport tax-xitwa li qatt sar fil-pajjiż, u kien żvolta fit-trajettorja tal-pajjiż bħala destinazzjoni tal-isport. Id-disinn tal-munita juri fuq quddiem xijatur nieżel ma’ ġenb ta’ għolja. Fl-isfond, erba’ linji mgħawġa, mil-logo uffiċjali ta’ dawn il-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Iskij, jirrappreżentaw il-ġnub tal-għoljiet fejn issir il-kompetizzjoni. Xi frak tas-silġ jimlew id-disinn flimkien mal-iskrizzjoni "FINALS DE LA COPA DEL MÓN D’ESQUÍ ANDORRA 2019" (Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Iski tal-2019 tal-Andorra). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 60 000 munita
Data tal-ħruġ: Marzu 2019
Il-Vatikan
Tema: Id-90 anniversarju tat-twaqqif tal-Istat Belt tal-Vatikan
Deskrizzjoni: Id-disinn jinkludi ritratt tal-Papa Piju XI (Sovran tal-Istat fl-1929) u tal-Lateran f’Ruma. Fil-parti ta’ fuq, mix-xellug għal-lemin, f'nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “STATO DELLA CITTÀ DEL VATICANO”. Fil-qiegħ hemm is-snin “1929” u “2019" u taħt hemm isem l-artist “FUSCO”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 91 000 munita
Data tal-ħruġ: Marzu 2019
Spanja
Tema: Is-Siti tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-Unesco – il-belt antika ta’ Avila u l-knejjes tagħha barra s-swar
Deskrizzjoni: Il-belt ta’ Avila żammet l-awsterità u l-purità tal-istil medjevali, fi ħdan l-iżjed swar intatti ta’ Spanja. Fiċ-ċentru tad-disinn hemm riproduzzjoni ta’ dettall tas-swar ta’ Avila. Fin-naħa ta’ fuq hemm il-kelma ‘ESPAÑA’, miktuba fit-tond minn isfel għal fuq, is-sena tal-ħruġ ‘2019’ u l-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Data tal-ħruġ: Frar 2019
Irlanda
Tema: 100 sena mit-twaqqif ta’ Dáil Éireann (il-Parlament Irlandiż)
Deskrizzjoni: Fid-disinn tidher l-ewwel seduta ta’ Dáil Éireann fir-Round Room. Il-governanza tan-nazzjon Irlandiż bdiet fil-21 ta’ Jannar u s-seduta tmexxiet kollha kemm hi bil-lingwa Irlandiża bħala sinjal tan-natura simbolika tal-laqgħa. Ir-Round Room kbira ta’ Mansion House tqawwes fuq il-ġemgħa kbira tal-ewwel Dáil elett tan-nazzjon. Il-kliem ‘An Chéad Dáil’ fiċ-ċentru tad-disinn, flimkien mas-sena ‘1919’ fin-naħa ta’ fuq huma mnaqqxa b’tipa unċjali tradizzjonali. Fin-naħa t’isfel, hemm l-isem tal-pajjiż u s-sena tal-ħruġ ‘ÉIRE 2019’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2019
Il-Ġermanja
Tema: Is-70 anniversarju mit-twaqqif tal-Bundesrat.
Deskrizzjoni: Id-disinn hu rappreżentazzjoni skolpita b’mod dettaljat u rfinat ħafna tal-bini tal-Bundesrat. Fin-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ ġewwa tal-munita hemm il-marka taz-zekka rispettiva (‘A’, ‘D’, ‘F’, ‘G’ jew ‘J’), l-inizjali tal-artist u s-sena ‘2019’. Fin-nofs t’isfel tal-parti ta’ ġewwa tal-munita hemm l-iskrizzjoni ‘BUNDESRAT’ u l-kodiċi tal-Ġermanja bħala l-pajjiż tal-ħruġ, ‘D’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2019
L-Italja
Tema: Il-500 anniversarju mill-mewt ta’ Leonardo da Vinci
Deskrizzjoni: Id-disinn juri dettall tal-pittura “Dama con l'ermellino” (Mara b’Ermellin) minn Leonardo da Vinci (Mużew ta’ Czartoryski fi Krakovja). Fuq ix-xellug, l-iskrizzjoni “LEONARDO”, l-inizjali tal-awtur Maria Angela Cassol ‘MAC’u l-logo akronimu ‘RI’ tar-Repubblika Taljana; fuq il-lemin, “R”, marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma u d-dati ‘1519-2019’, is-sena tal-mewt ta’ Leonardo u s-sena tal-ħruġ tal-munita rispettivament. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 3 miljun munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2019
Il-Lussemburgu
Tema: Il-100 anniversarju mit-tlugħ fit-tron tal-Gran Dukessa Charlotte
Deskrizzjoni: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug ix-xbieha tal-Majestà Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, u fuq il-lemin ix-xbieha tal-Gran Dukessa Charlotte. In-naħa ta’ isfel, l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LUXEMBOURG’ u s-sena tal-ħruġ ‘2019’. Fil-parti ta’ fuq, f’nofs ċirku madwar ix-xbihat hemm l-iskrizzjoni "Centenaire de l’accession au trône de la Grande-Duchesse Charlotte” (Ċentenarju tat-tlugħ fit-tron tal-Gran Dukessa Charlotte). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2019
Il-Belġju
Tema: L-450 anniversarju mill-mewt ta’ Pieter Bruegel il-Kbir
Deskrizzjoni: Il-parti ta’ ġewwa tal-biċċa turi l-istampa tal-artist Belġjan famuż Pieter Bruegel il-kbir, flimkien ma’ pittura fuq il-kavallett. Fuq dan, tista’ ssib l-isem P. BRUEGEL, is-snin 1569, b'obelisk sottili li jirreferi għas-sena tal-mewt, u l-2019, is-sena tal-ħruġ. Billi z-Zekka Rjali Olandiża tistampa l-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun ta’ Merkurju jinsab fuq ix-xellug flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur Belġjan taz-zekka, l-arma tal-muniċipalità Herzele, il-kodiċi tal-pajjiż BE. L-inizjali LL li jirriferu għad-disinjatur tal-munita, is-sur Luc Luycx, jinsabu fuq il-lemin. Fl-aħħar nett, madwar it-tarf tal-parti ta’ ġewwa tikek żgħar jiffurmaw ċirku. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 155 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2019
Il-Belġju
Tema: Il-25 anniversarju tal-Istitut Monetarju Ewropew (IME);
Deskrizzjoni: Il-parti ta’ ġewwa tal-biċċa turi r-ritratt Alexandre Lamfalussy, l-ewwel president ta’ l-IME, fuq il-lemin b’ismu hemm taħt. Fuq in-naħa tax-xellug, l-abbrevjazzjoni EMI tinsab ċentrali mas-sena 1994 hawn fuq, u tirreferi għad-data tal-istabbiliment tal-Istitut u l-ħatra ta’ Lamfalussy bħala l-ewwel president tiegħu. Taħt “EMI”, jidhru diversi muniti li jaqgħu fuq xulxin bl-iskrizzjoni €, “ECU” u “BEF” minn fuq għal isfel. Minħabba l-fatt li dan huwa ħruġ Belġjan, għażilna “BEF”, it-taqsira tal-munita nazzjonali preċedenti tagħna. L-għan ta’ din ir-rappreżentazzjoni huwa li tissimbolizza t-tranżizzjoni tal-muniti nazzjonali għal munita unika Ewropea, l-euro billi l-punt fokali prinċipali tal-IME kien fuq l-istabbiliment is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, inkluż il-BĊE u l-munita l-ġdida. Fuq in-naħa tax-xellug tal-munita hemm iskrizzjoni “Istitut Monetarju Ewropew”. Billi ż-Zekka Rjali Olandiża tistampa l-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun ta’ Merkurju jinsab fuq ix-xellug mal-marka taż-żekka tad-direttur Belġjan taż-żekka, l-arma tal-muniċipalità Herzele. Il-kodiċi tal- pajjiż BE u l-marka tas-sena 2019 jinsabu fin-naħa ta’ isfel. L-inizjali LL li jirriferu għad-disinjatur tal-munita, is-sur Luc Luycx, iskritti fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 155 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2019