Muniti kommemorattivi ta’ €2 – 2023
Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna ttieħdu mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jistgħu jvarjaw xi ftit minn materjal ieħor ippubblikat f’dan is-sit web.
Andorra
Tema: Festivals tan-nar tas-solstizju tas-sajf fil-Pirinej
Deskrizzjoni: Il-festivals tan-nar tas-solstizju tas-sajf tniżżlu fil-Lista Rappreżentattiva tal-UNESCO tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità fl-2015. Dawn huma festi tradizzjonali u popolari ċċelebrati b’mod estensiv f’Andorra kull sena. Id-disinn jirriproduċi figura umana, bl-isem “fallaire”, liebes mantell tradizzjonali u li jpinġi ċirku ta’ nar bil-“falla”. Dan huwa l-element ewlieni tal-festival u jikkonsisti minn qxur tas-siġar li, ladarba jinxtegħlu, jiġu mdawra b’mod enerġetiku biex joħolqu ċrieki kbar tan-nar. Il-kompożizzjoni grafika tal-linji fl-isfond tad-disinn tirrappreżenta s-solstizju tas-sajf flimkien mal-isem tal-pajjiż emittenti “ANDORRA” u s-sena “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 70 000 munita
Data tal-ħruġ: L-aħħar trimestru tal-2023
Andorra
Tema: 30 sena ta’ dħul tal-Prinċipat ta’ Andorra fin-Nazzjonijiet Uniti
Deskrizzjoni: In-Nazzjonijiet Uniti huwa rappreżentati minn żewġ elementi simboliċi: żewġ kuruni tar-rand u globu, li jifforma parti min-numru 30 li ġie rrappreżentat, bl-iskrizzjoni ANYS (snin) u s-sena 2023 taħt. Fil-parti ta’ fuq tad-disinn hemm l-istemma araldika ta’ Andorra u l-iskrizzjoni “ANDORRA MEMBRE DE LES NACIONS UNIDES” (Andorra Membru tan-Nazzjonijiet Uniti). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 70 000 munita
Data tal-ħruġ: L-aħħar trimestru tal-2023
Is-Slovenja
Tema: Il-150 anniversarju mit-twelid ta’ Josip Plemelj (matematiku u astronomu)
Deskrizzjoni: Id-disinn juri partijiet tal-ekwazzjoni li Josip Plemelj solva bħala l-ewwel persuna fid-dinja. Id-disinn juri partijiet mill-ekwazzjoni li Josip Plemelj solva bħala l-ewwel persuna fid-dinja. In-numri u s-simboli jduru fuq ċirkumferenzi li juru r-rotazzjoni tal-pjaneta, il-moviment fl-ispazju, kif ukoll il-kompożizzjoni ta’ elementi individwali li ma jistgħux jissolvew f’daqqa. B’dan il-mod id-disinn juri ż-żewġ oqsma tal-ħidma ta’ Josip Plemelj, jiġifieri l-matematika u l-astronomija. L-iskrizzjoni “JOSIP Plemelj 1873”, l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SLOVENIJA” u s-sena tal-ħruġ “2023” huma integrati fid-disinn. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Diċembru 2023
Il-Portugall
Tema: Il-paċi
Deskrizzjoni: Il-munita hija ddedikata għall-Paċi fost in-nazzjonijiet u għall-koeżistenza bi ħbiberija li tkun ta’ ġid għal kullħadd. It-tfittxija għall-paċi għandha tkun imsejsa fuq sforz kollettiv lejn għan komuni. Fil-kuntest ġeopolitiku attwali li huwa ferm polarizzat, l-għan ta’ din il-munita huwa li tiġi mfakkra l-urġenza li jiġi mħares il-valur imprezzabbli tal-paċi. Id-disinn juri b’mod radjali l-kelma “PAZ” (PAĊI) fis-16-il lingwa uffiċjali mitkellma fl-20 pajjiż kollha taż-Żona tal-Euro minn Jannar 2023. L-iskrizzjoni fin-naħa ta’ fuq tgħid “PORTUGAL”, segwita bis-sena tal-ħruġ “2023” fin-naħa ta’ fuq fil-lemin; fin-naħa t’isfel fix-xellug jidher l-isem tad-disinjatur “José S. Teixeira” u fuq ix-xellug l-marka taz-zekka “CASA DA MOEDA”, l-isem taz-Zekka Portugiża. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 015 000 munita
Data tal-ħruġ: Novembru 2023
Ċipru
Tema: Is-60 anniversarju mit-twaqqif tas-Central Bank of Cyprus
Deskrizzjoni: Id-disinn juri għodod fuq mikroċippa li tissimbolizza l-istabbiltà tal-ekonomija fl-era industrijali u diġitali moderna żgurata mis-Central Bank of Cyprus, li jiċċelebra 60 sena ta’ eżistenza. L-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “ΚYΠΡΟΣ KIBRIS” u d-dati “1963–2023” jinsabu fil-qiegħ. Barra minn hekk, il-frażi “60 ΧΡOΝΙΑ ΑΠO ΤΗΝ IΔΡΥΣΗ ΤΗΣ ΚΕΝΤΡΙKHΣ ΤΡAΠΕΖΑΣ ΤΗΣ ΚYΠΡΟΥ” (jiġifieri 60 sena minn meta twaqqaf is-Central Bank of Cyprus) hija minquxa fuq in-naħa ta’ ġewwa tan-naħa nazzjonali tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 412 000 munita
Data tal-ħruġ: It-tieni/it-tielet trimestru tal-2023
Il-Finlandja
Tema: Servizzi soċjali u tas-saħħa
Deskrizzjoni: Id-disinn jirrappreżenta mappa stilizzata tal-Finlandja. In-naħa tax-xellug turi l-ittri “BENESSERI” bil-Finlandiż u bl-Iżvediż. Is-sena tal-ħruġ “2023” hija kemxejn fuq in-naħa tax-xellug f’nofs il-munita. Fil-qiegħ hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita, “FI”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-marka taz-zekka tal-Finlandja. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 400 000 munita
Data tal-ħruġ: Ħarifa 2023
Is-Slovakkja
Tema: Il-200 anniversarju mill-bidu tas-servizz express ta’ karrozzin tal-posta miġbud miż-żwiemel bejn Vjenna u Bratislava
Deskrizzjoni: Ir-rappreżentazzjoni simbolika tad-disinn tas-servizz express ta’ karozzin tal-posta bejn Vjenna u Bratislava turi karrozzin miġbud miż-żwiemel f’moviment rapidu u inseriment rettangolari f’post ċentrali li ġo fih naraw qarn tal-posta. Taħt l-istampa hemm is-sena “1823”, meta s-servizz tal-posta express beda jopera, u taħt dik id-data hemm l-ismijiet tal-belt bis-Slovakk, “VIEDEŇ” u “BRATISLAVA”, fuq xulxin. Fin-naħa ta’ isfel taċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita hemm is-sena tal-ħruġ “2023”, separata mit-test ta’ hawn fuq b’linja orizzontali. l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SLOVENSKO” huwa mnaqqax tul ix-xifer ta’ fuq tad-disinn. Fuq il-lemin tal-karozzin tidher il-marka taz-zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica) magħmula mill-inizjali “MK” bejn żewġ dadi. Eżatt taħt il-marka hemm l-inizjali stilizzati “MP”, li jirreferu għad-disinjatriċi tan-naħa nazzjonali Mária Poldaufová. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Ottubru 2023
Il-Belġju
Tema: Il-75 anniversarju tal-vot nazzjonali għan-nisa fil-Belġju
Deskrizzjoni: Id-disinn juri fin-nofs kaxxa fuq karta tal-vot, li qed tiġi kkulurita b’lapes. Il-kaxxa kkulurita hija mrikkba bis-simbolu ta’ Venere (is-simbolu tas-sess femminili). Fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug ħdejn ix-xbieha ċentrali hemm minqux “75 JAAR ANS”. Madwar ix-xbieha ċentrali hemm ukoll skrizzjonijiet bl-Olandiż u bil-Franċiż: “ALGEMEEN VROUWENKIESRECHT” – “SUFFRAGE UNIVERSEL FÉMININ”. Fil-qiegħ tal-munita jinsabu l-inizjali tad-disinjtriċi Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se timmarka l-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun tal-merkurju li jinsab fuq il-lemin tal-munita, flimkien mal-marka tad-direttur taz-zekka Belġjana, fjura aster quddiem kunjett Erlenmeyer, il-kodiċi tal-pajjiż “BE” u l-marka tas-sena “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 130 000 munita
Data tal-ħruġ: Ottubru 2023
Il-Kroazja
Tema: L-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita uffiċjali tal-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023
Deskrizzjoni: Id-disinn fih l-iskrizzjonijiet tal-pajjiż li ħareġ il-munita “HRVATSKA” (il-Kroazja) u s-sena tal-ħruġ “2023.”, li jidhru orizzontalment, kif ukoll il-kliem “ČLANICA EUROPODRUČJA” (membru taż-żona tal-euro), li huma minquxa tul ix-xifer ta’ barra tal-qalba tal-munita. Dawn l-iskrizzjonijiet jiffurmaw b’mod simboliku simbolu stilizzat tal-euro “€”. Il-motiv ċentrali l-ieħor tal-munita huwa s-simbolu distintiv u rikonoxxibbli tal-Kroazja, il-bandiera ċċangjata Kroata, li jirrappreżenta parti mill-istemma araldika tar-Repubblika tal-Kroazja. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 250 000 munita
Data tal-ħruġ: Settembru 2023
San Marino
Tema: Il-500 anniversarju mill-mewt ta’ Luca Signorelli
Deskrizzjoni: Id-disinn juri anġlu fiċ-ċentru, dettall mill-pittura "Il Paradiso" ta’ Luca Signorelli, ippreservata fil-Kappella ta’ San Brizio fil-Katidral ta’ Orvieto. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-ittra R, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma. F’nofs tond fin-naħa tax-xellug hemm il-kelma “SIGNORELLI”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SAN MARINO”, u fin-naħa ta’ fuq hemm is-snin “1523 2023”. Fiċ-ċentru t’isfel hemm l-inizjali tal-awtriċi Marta Bonifacio, MB. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 56 000 munita
Data tal-ħruġ: Settembru 2023
Il-Portugall
Tema: Jum Dinji taż-Żgħażagħ
Deskrizzjoni: Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD) ġie organizzat f’Lisbona f’Awwissu 2023. Il-WYD hija laqgħa dinjija taż-żgħażagħ, li jridu jieħdu sehem f’laqgħa festiva mal-Papa u ma’ mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ oħra li jħaddnu l-istess prinċipji universali ta’ paċi, għaqda u fraternità madwar id-dinja kollha. Id-disinn juri s-Salib tal-Pellegrin, ġabra ta’ figuri b’sura tal-bniedem ta’ daqsijiet u tessuti differenti murija fi globu. Fin-naħa t’isfel, par idejn iħaddnu l-kompożizzjoni kollha f’ġest akkoljenti ta’ inklużjoni u universalità li hija implikata f’din il-laqgħa. Fuq ix-xifer ta’ fuq, żewġ iskrizzjonijiet jgħidu “JORNADA MUNDIAL DA JUVENTUDE” (Portugiż għal JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ) u “LISBOA 2023”. Fuq ix-xifer t’isfel, l-istemma araldika tal-Portugall, l-iskrizzjoni “PORTUGAL”, il-marka taz-zekka “CASA DA MOEDA” (l-isem taz-Zekka Portugiża) u l-isem tad-disinjatur “JOÃO DUARTE”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 015 000 munita
Data tal-ħruġ: Lulju 2023
L-Irlanda
Tema: Il-50 anniversarju tas-sħubija tal-Irlanda fl-Unjoni Ewropea
Deskrizzjoni: Id-disinn juri modifika għal-logo tal-programm “EU50” użat mid-Dipartimenti tal-Gvern biex jippromwovu avvenimenti li jimmarkaw il-50 anniversarju tas-sħubija tal-Irlanda fl-UE. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “ÉIRE” jiddaħħal fuq il-logo. Issir referenza għas-sena “1973” biex tirrikonoxxi s-sena meta l-Irlanda ssieħbet fl-UE kif ukoll “2023” biex timmarka s-sena tal-ħruġ tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Lulju 2023
Il-Greċja
Tema: Il-100 sena mit-twelid ta’ Maria Callas
Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt tas-soprano leġġendarja Griega, Maria Callas. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa hemm il-kliem “100 SENA MIT-TWELID TA’ MARIA CALLAS”, u fuq il-lemin hemm is-sena ta’ meta l-munita ħarġet miz-zekka “2023” u palmette (marka taz-zekka taz-Zekka Griega); taħt ir-ritratt hemm l-iskrizzjoni “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Data tal-ħruġ: Lulju 2023
Il-Greċja
Tema: Il-150 sena mit-twelid ta’ Constantin Carathéodory
Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt tal-matematiku Grieg, Constantin Carathéodory. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm il-kliem “CONSTANTIN CARATHÉODORY 1873-1950”, u fuq il-lemin hemm is-sena ta’ meta l-munita ħarġet miz-zekka “2023” u palmette (marka taz-Zekka Griega); taħt ir-ritratt hemm l-iskrizzjoni “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Data tal-ħruġ: Lulju 2023
L-Estonja
Tema: Għasfur nazzjonali Estonjan — il-ħuttafa tal-matmura
Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-siluwett tal-ħuttafa tal-matmura bit-test “HIRUNDO RUSTICA” (il-ħuttafa tal-matmura bil-Latin) fin-naħa ta’ fuq tal-lemin, f’nofs tond. Fin-naħa ta’ isfel, l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “EESTI” u taħt hemm is-sena tal-ħruġ “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: It-tieni trimestru tal-2023
Franza
Tema: Tazza tad-Dinja tar-Rugby Franza 2023
Deskrizzjoni: Fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby organizzata fi Franza, Monnaie de Paris tiċċelebra r-rugby u din il-kompetizzjoni li se tlaqqa’ flimkien timijiet minn 20 nazzjon. Id-disinn jirrappreżenta plejer tar-rugby stilizzat li qiegħed iqassam il-ballun. Fl-isfond, il-grawnd tar-rugby huwa l-globu li fuqu hemm il-lasti tar-rugby. Is-sett huwa parti minn galassja tar-rugby immaġinarja fejn il-pjaneti l-oħrajn huma ovali. L-emblema tal-kompetizzjoni hija mdaħħla qrib il-plejer, filwaqt li l-isem tal-kompetizzjoni jiċċirkonda d-disinn. L-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita “RF”, il-marka taz-zekka u l-marka tal-kaptan taz-zekka huma mdaħħla taħt ix-xbieha fuq in-naħa tal-lemin. L-isem tal-kompetizzjoni, il-pajjiż li ħareġ il-munita “FRANZA” u s-sena “2023” huma mdaħħla fuq in-naħa tax-xellug. L-isem tal-kompetizzjoni madwar id-disinn, kif ukoll ir-referenza “RF” jidhru fil-font uffiċjali tal-avveniment, imsejjaħ Mobius. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 15 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2022
Malta
Tema: Il-wasla tal-Franċiżi f’Malta fl-1798
Deskrizzjoni: F’Ġunju 1798, Napuljun Bonaparte temm il-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. Matul il-waqfa qasira tiegħu f’Malta, Napuljun stabbilixxa Gvern Repubblikan u ħareġ riforma profonda tal-liġijiet u tal-istituzzjonijiet ta’ Malta. Fost affarijiet oħra, tneħħew l-iskjavitù u l-privileġġi tan-nobbli. Ġie stabbilit stat lajk, u l-qorti tal-Inkwiżizzjoni ngħalqet. Dak iż-żmien, ir-riformi estensivi ma ġewx aċċettati b’mod universali mill-Maltin, u dawn ma damux ma rribellaw. Id-disinn juri personifikazzjoni tar-Repubblika Franċiża kif muri fuq l-emblemi fuq l-ittri uffiċjali tal-perjodu. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “IL-225 ANNIVERSARJU” segwita min-naħa ta’ fuq lejn il-lemin, f’nofs tond, bl-iskrizzjoni “IL-WASLA TAL-FRANĊIŻI F’MALTA”. Fil-qiegħ tidher is-sena “2023” meta nħarġet il-munita. L-iskrizzjonijiet “Liberté” (Libertà) u “Egalité” (Ugwaljanza) jinsabu fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-istampa, rispettivament. Fin-naħa ta’ fuq tax-xellug tal-iskrizzjoni “Egalité” hemm is-snin “1798–2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85 500 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2022
Malta
Tema: Il-550 anniversarju mit-twelid ta’ Nicolaus Copernicus
Deskrizzjoni: Id-disinn juri ritratt minn profil ta’ Copernicus, flimkien ma’ rappreżentazzjoni eljoċentrika stilizzata tal-univers kif propost minn Copernicus. Fin-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni “NICOLAUS COPERNICUS 1473 – 1543” u fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “MALTA” segwit mis-sena tal-ħruġ “2023”. Fin-naħa t’isfel hemm ukoll il-firma tal-artista Daniela Fusco “FUSCO”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 95 500 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2022
Monaco
Tema: Il-mitt anniversarju mit-twelid tal-Prinċep Rainier III
Deskrizzjoni: Dan id-disinn juri x-xbieha tal-Prinċep Rainier III. Fuq ix-xellug, f’nofs ċirku, hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ ‘MONACO’ u taħt hemm is-sena tal-ħruġ “2023”. Fin-naħa t’isfel hemm l-iskrizzjoni “RAINIER III” segwita mid-data “31 MAI 1923”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 25 000 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2023
Il-Belġju
Tema: Is-“sena tal-art nouveau”, li sseħħ matul l-2023 fil-Belġju
Deskrizzjoni: Id-disinn juri dettall dekorattiv mill-faċċata tal-“Hotel Van Eetvelde”, dar emblematika fi Brussell li ġiet iddisinjata mill-arkitett Belġjan tal-art nouveau Victor Horta u li ġiet rikonoxxuta bħala Wirt Dinji tal-Unesco. Il-linji għat-tond u asimmetriċi ta’ dan id-dettall dekorattiv jirriflettu l-istil karatteristiku ispirat min-natura tal-moviment tal-art nouveau. Dan id-dettall jimla n-nofs t’isfel tal-biċċa, u jħalli spazju vojt fin-nofs ta’ fuq, li huwa mimli bid-deskrizzjoni “ART NOUVEAU”. Fin-naħa tal-lemin nett hemm l-inizjali tad-disinjatriċi Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se timmarka l-muniti, fin-naħa tax-xellug nett hemm il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun tal-merkurju, flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur taz-zekka Belġjana, fjura aster quddiem kunjett Erlenmeyer, il-kodiċi tal-pajjiż BE u l-marka tas-sena 2023. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 155 000 munita
Data tal-ħruġ: Ġunju 2022
Spanja
Tema: Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE
Deskrizzjoni: Id-disinn juri żewġ stampi. L-ewwel wieħed huwa l-logo tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE. Madwar il-logo hemm l-iskrizzjonijiet: “ESPANA 2023 – PRESIDENCIA ESPANOLA” u “CONSEJO DE LA UNION EUROPEA” (Spanja 2023 — Presidenza Spanjola u Kunsill tal-Unjoni Ewropea). It-tieni immaġni, fil-parti t’isfel, tirrappreżenta l-marka taz-zekka tal-Fabrica Nacional de Moneda y Timbre Real Casa de la Moneda bil-kuruna “M”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: 1 ta' Ġunju 2023
Il-Vatikan
Tema: Il-150 anniversarju mill-mewt ta’ Alessandro Manzoni
Deskrizzjoni: Id-disinn fih ir-ritratt ta’ Manzoni, pinna u l-bidu tal-kapulavur tiegħu, "I Promessi Sposi". Fil-parti ta’ fuq, fin-naħa tal-lemin f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO”. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni “Alessandro Manzoni” u taħtha d-dati “1873◦2023”. Fuq ix-xellug hemm il-marka taż-żekka “R”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 82 500 munita
Data tal-ħruġ: Mejju 2023
Il-Vatikan
Tema: Il-5 ċentinarju mill-mewt ta’ Pietro Perugino
Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt ta’ Perugino u dettall tal-Magħmudija, affresk fil-Kappella Sistina fil-Vatikan. Fil-parti ta’ fuq, fin-naħa tal-lemin f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni "CITTÀ DEL VATICANO”. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni “PERUGINO” u taħtha d-dati “1523◦2023”. Fuq ix-xellug hemm il-marka taż-żekka “R”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 82 500 munita
Data tal-ħruġ: Mejju 2023
Il-Latvja
Tema: Ġirasol tal-Ukrajna
Deskrizzjoni: Id-disinn jirrappreżenta ġirasol, li huwa wieħed mis-simboli nazzjonali tal-Ukrajna, peress li l-Ukrajna hija waħda mill-akbar produtturi u esportaturi taż-żejt tal-ġirasol madwar id-dinja. Sa mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, il-ġirasol sar simbolu globali għall-paċi. Għall-ewwel darba, il-ġirasol intuża bħala simbolu ta’ paċi fis-sajf tal-1996. Imbagħad tħawlu f’bażi militari qrib Pervomaysk, madwar 155 mil fin-nofsinhar tal-kapitali Kiev. Issa l-ġirasol jintuża bħala simbolu ta’ paċi u appoġġ għall-Ukrajna madwar id-dinja. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “SLAVA UKRAINAI!” (Glorja lill-Ukraina) u fuq in-naħa ta’ isfel, f’nofs ċirku, hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “LATVIJA” segwit bis-sena tal-ħruġ “2023”. L-awtur tad-disinn huwa l-artist Latvjan, Krišs Salmanis. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 415 000 munita
Data tal-ħruġ: Mejju 2023
Il-Finlandja
Tema: L-Ewwel Att dwar il-Konservazzjoni tan-Natura tal-Finlandja
Deskrizzjoni: It-tema tal-munita hija ħanfusa stilizzata. Fin-naħa ta’ fuq f’nofs ċirku hemm miktub “KONSERVAZZJONI TAN-NATURA” bil-Finlandiż u fil-qiegħ f’nofs ċirku hemm miktub “KONSERVAZZJONI TAN-NATURA” bl-Iżvediż u s-sena tal-ħruġ “2023”. In-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-ittri “FI”. In-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-marka taz-Zekka tal-Finlandja. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 400 000 munita
Data tal-ħruġ: Rebbiegħa 2023
San Marino
Tema: Il-500 anniversarju tal-mewt ta’ Perugino
Deskrizzjoni: Id-disinn juri, fiċ-ċentru, il-Verġni Marija ma’ Ġesù Tifel, dettall tal-pittura “Madonna b’Tifel, San Bastjan u San Ġwann il-Battista” ta’ Perugino, ippreservata fil-Galleriji tal-Uffizi (Firenze). Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “PERUGINO”, id-dati “1523” u “2023” u l-marka taz-zekka “R”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SAN MARINO” u fin-naħa t’isfel fuq il-lemin hemm l-inizjali tal-awtriċi Maria Angela Cassol, MAC. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 56 000 munita
Data tal-ħruġ: April 2023
Il-Litwanja
Tema: Flimkien mal-Ukraina
Deskrizzjoni: id-disinn fih ġirasol stilistikament elaborat fiċ-ċentru, bil-petali qishom siluwetti ta’ nies iżommu jdejn xulxin, iħaddnu u jipproteġu lil xulxin, li jirrappreżentaw l-unità, l-appoġġ u s-saħħa fl-għaqda. Bl-użu ta’ mezzi artistiċi, il-ġirasol huwa ddisinjat qisu x-Xemx tiela’, it-tama ta’ bidu ġdid, bl-għasafar, bil-libertà, bit-tama u l-kuraġġ, hekk kif in-nies jegħlbu l-ostakli taċ-ċirkostanzi, u qatt ma jaċċettaw il-poter impost, bħala referenza għal dawk li ssagrifikaw ħajjithom u li r-ruħ tagħhom ħalliethom. Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet “LIETUVA” (IL-LITWANJA), “KARTU SU UKRAINA” (FLIMKIEN MAL-UKRAJNA), bis-sena tal-ħruġ “2023” u l-marka taz-zekka Litwana. Il-munita hija ddisinjata minn Eglė Žemaitė. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2023
Spanja
Tema: UNESCO: Cáceres
Deskrizzjoni: Il-Belt il-Qadima ta’ Cáceres hija ġabra urbana li tinsab fil-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura fil-Punent tal-Peniżola Iberika. Ġiet rreġistrata fuq il-lista tas-Sit ta’ Wirt Dinji talli hija unika minħabba l-karatteristiċi storiċi tagħha li (mill-Medju Evu sal-perjodu klassiku) jidhru fihom t-traċċi ta’ influwenzi differenti ħafna u kontradittorji, bħall-Gotiku tat-Tramuntana, l-Islam, ir-Rinaxximent Taljan u l-arti tad-Dinja l-Ġdida. Id-disinn juri dehra panoramika tal-kumpless monumentali, speċifikament tal-pjazza prinċipali. Fuq in-naħa ta’ fuq u b’ittri kapitali hemm il-kelma “ESPAÑA” u s-sena tal-istampar tal-munita “2023”. Fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin hemm il-marka taz-zekka. Fin-naħa ta’ isfel u b’ittri kbar hemm il-kelma “CÁCERES”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 500 000 munita
Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2023
Il-Ġermanja
Tema: L-1275 anniversarju mit-twelid ta’ Karlu Manju (748–814), Re tal-Franki u Imperatur Ruman Qaddis
Deskrizzjoni: Id-disinn jikkombina żewġ elementi kontemporanji: Il-monogramma personali ta’ Karlu Manju u l-ottagonu tal-Katedral ta’ Aachen. Iż-żewġ motifi huma amalgamati b’ċerta ħila f’opra tal-arti distintiva. Il-qawwa tad-disinn tinsab fil-kwalità dinamika u tridimensjonali tiegħu. B’mod ġenerali, hija kommemorazzjoni innovattiva għal figura prominenti tal-istorja Ewropea. Iċ-ċirku intern tal-munita fih ukoll l-iskrizzjoni “KARL DER GROßE” (“Karlu Manju”) fin-naħa ta’ fuq u, fil-parti tan-nofs t’isfel, is-sena tal-ħruġ “2023”, id-dati “748–814”, il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja “D”, il-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) u l-inizjali tal-artist (“TW”). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 20 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Marzu 2023
Is-Slovakkja
Tema: Il-100 anniversarju tal-ewwel trasfużjoni tad-demm fis-Slovakkja
Deskrizzjoni: Id-disinn fih salib ekwilaterali bħala simbolu rikonoxxut internazzjonalment tal-għajnuna medika, it-tama u l-umanità. Minquxa f’kull driegħ insibu wieħed mill-erba’ gruppi tad-demm: A, B, 0, u AB. Fis-salib hemm immartellati żewġt islaleb ekwilaterali oħra, wieħed fl-ieħor, u fiċ-ċentru ta’ din l-istampa tidher qatra demm. Madwar is-salib ċentrali jidhru l-partijiet ta’ isfel ta’ tmien tubi tat-testijiet spazjati ndaqs, b’kull wieħed ikun fih qatra tad-demm immartellata b’elaborazzjoni stilistika. Bejn kull tubu hemm qatra demm imbuzzata. Fuq il-lemin tat-tubu ta’ isfel hemm l-inizjali stilizzati “MP”, li jirreferu għad-disinjatriċi Mária Poldaufová li ħadet ħsieb in-naħa nazzjonali; fuq ix-xellug tiegħu hemm il-marka taz-zekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti fl-ittri “MK” imqegħdin bejn żewġ forom. Madwar il-biċċa l-kbira tat-tarf tal-parti ġewwinija tal-munita hemm l-iskrizzjoni “PRVÁ TRANSFÚZIA KRVI 1923 – 2023” (bl-Ingliż il-kliem ifisser “l-ewwel trasfużjoni tad-demm”). Tul in-naħa t’isfel tal-parti ġewwinija hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “SLOVENSKO”, li għandu tikka fuq kull naħa li tisseparah mill-iskrizzjoni. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Marzu 2023
Il-Lussemburgu
Tema: Il-175 anniversarju tal-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu
Deskrizzjoni: Fuq in-naħa tax-xellug, id-disinn juri x-xbieha tal-Gran Duka Henri u fuq in-naħa tal-lemin il-bini tal-Kamra tad-Deputati. Id-data tas-sena “1848” u t-test “Chambre des députés” jidhru hawn fuq u fuq il-lemin tal-bini. Fiċ-ċentru ta’ isfel, huma rrappreżentati l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “LUXEMBOURG” kif ukoll id-data tas-sena tal-ħruġ “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Frar 2023
Il-Lussemburgu
Deskrizzjoni: Id-disinn juri x-xbieha tal-Gran Duka Henri jħares lejn il-lemin u lejn il-figura “25”. Diversi pittogrammi ta’ dixxiplini Olimpiċi jidhru qrib ix-xbieha. Taħt ix-xbieha, tliet ċrieki li jidħlu f’xulxin jarrikkixxu d-disinn. Fin-naħa ta’ isfel fuq il-lemin, jidher it-test “MEMBER VUM INTERNATIONALEN OLYMPESCHE Kommitee”. Fuq ix-xellug huma rrappreżentati l-isem tal-pajjiż “L√LËTZEBUERG” kif ukoll it-test “GROUSSHERZOG HENRI”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500 000 munita
Data tal-ħruġ: Frar 2023
Franza
Tema: Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024
Deskrizzjoni: 100 sena wara l-Logħob Olimpiku tal-1924 ta’ Pariġi, il-belt kapitali Franċiża se terġa’ tospita l-Logħob tas-Sajf fl-2024. Sena qabel it-tnedija tal-Logħob Olimpiku, il-Monnaie de Paris qed tkompli biċ-ċelebrazzjoni billi tgħodd il-ġranet li jwasslu sal-Logħob u billi tenfasizza l-wirt tagħha u dak ta’ Pariġi. Huwa avveniment b’impatt internazzjonali li l-intensità tiegħu tiżdied gradwalment fis-snin ta’ qabel l-avveniment, fejn f’dawn l-aħħar snin ġew iddedikati diversi muniti kommemorattivi ta’ EUR 2 għal-Logħob Olimpiku. Id-disinn tal-munita juri l-figura nazzjonali u l-ikona tan-numismatika Franċiża, il-Mara li Qed Tiżra’, li qed tipprattika l-puġiliżmu, il-prekursur tal-boxing, b’referenza għal-Logħob Olimpiku tal-Antik. Is-siluwett tagħha jinsab fuq quddiem nett, biswit il-Pont-Neuf u l-madwar tiegħu, tipiku taż-żona ta’ Ile de la Cité, wieħed mill-elementi ewlenin tal-pajsaġġ Pariġin. Fl-isfond tidher trakka tal-atletika li fuq in-naħa tal-lemin tagħha hemm l-emblema ta’ Pariġi 2024. Id-data, is-sena, ir-referenza għall-RF u l-marki taz-zekka mdaħħlin taħt l-arkata, fuq il-poġġaman tal-pont u fis-Seine. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 260 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2023
L-Italja
Tema: Il-100 anniversarju tal-Forza tal-Ajru
Deskrizzjoni: Id-disinn jirriproduċi l-logo ta’ għeluq il-100 Sena tal-Forza tal-Ajru. Fuq ix-xellug l-ittra “R” tindika z-Zekka ta’ Ruma; fin-naħa ta’ fuq hemm l-ittri “RI”, li huma l-akronimu tar-Repubblika Taljana; fin-naħa ta’ isfel hemm l-iskrizzjoni “AERONAUTICA MILITARE” fil-forma ta’ arkata; fuq il-lemin, hemm “VdS”, l-inizjali tad-disinjatur, Valerio De Seta. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 3 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2023
L-Italja
Tema: Il-150 anniversarju mill-mewt ta’ Alessandro Manzoni
Deskrizzjoni: Id-disinn juri x-xbieha ta’ nofs it-tul ta’ Alessandro Manzoni, ispirata mix-xbieha tal-kittieb Taljan kif tidher fuq il-karta tal-flus ta’ 100 000 lira maħruġa fl-1967. Fuq ix-xellug, “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana, id-dati “1873–2023”, is-sena tal-mewt tal-kittieb u s-sena tal-ħruġ tal-munita, rispettivament, u l-iskrizzjoni f’forma ta’ arkata “ALESSANDRO MANZONI”. Fuq il-lemin, “R”, li jidentifika z-Zekka ta’ Ruma, u l-inizjali “AV” tad-disinjatur Antonio Vecchio. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 3 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2023
Il-Ġermanja
Tema: Serje Bundesländer – Thuringia
Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-sala tal-kunċerti Elbphilarmonie, l-aktar simbolu arkitettoniku reċenti f’Hamburg. Ir-rappreżentazzjoni impressjonanti u ddettaljata tas-sala tal-kunċerti fl-isfond tal-pajsaġġ urban marittimu tirrappreżenta l-Land ta’ Hamburg b’mod eċċezzjonalment konvinċenti. Il-parti tax-xellug tat-taqsima interna tal-munita tinkludi l-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja, “D”, is-sena “2023” u l-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”). In-nofs tal-lemin fih l-inizjali tal-artist, u l-parti ta’ isfel fiha l-iskrizzjoni “HAMBURG”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 30 000 000 munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2023