Ammont allokat għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal fis-sena 2006
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li jżid l-ammont allokat għal kull operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal (LTROs) li ssir fis-sena 2006 minn EUR 30 biljun għal EUR 40 biljun.
Dan l-ammont miżjud jieħu kont ta’ żewġ aspetti. L-ewwel, il-ħtiġijiet ta’ likwidità tas-sistema bankarja taż-żona ta’ l-euro mistennija jkomplu jiżdiedu fl-2006. It-tieni, l-Eurosistema ddeċidiet li żżid ftit is-sehem tal-ħtiġijiet tal-likwidità li jiġu moqdija mill-LTROs. Madankollu, l-Eurosistema tkompli tipprovdi l-biċċa l-kbira tal-likwidità permezz ta’ l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tagħha.
Fil-bidu tal-2007 il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jerġa’ jaġġusta l-ammont allokat.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja