Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Bank Ċentrali Ewropew jadotta opinjoni dwar il-ftuħ ta’ Konferenza Intergovernattiva

5 ta' Lulju 2007

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta Opinjoni fuq talba tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar il-ftuħ ta’ konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE – Konferenza Intergovernattiva jew IGC - biex jitfassal Trattat ta’ Riforma li jemenda t-Trattati eżistenti.

Fir-rigward ta’ l-istatus, il-mandat, id-dmirijiet u r-reġim legali tal-BĊE, l-Eurosistema u s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, il-BĊE jifhem li, skond il-mandat dettaljat ta’ l-IGC, il-bidliet li għandhom jiġu introdotti mill-IGC għat-Trattati attwali, li sejrin jibqgħu fis-seħħ, sejrin ikunu limitati għal u jinkludu l-innovazzjonijiet kollha miftehma fl-IGC ta’ l-2004.

Fuq din il-bażi, il-BĊE jilqa’ bi pjaċir il-ftuħ ta’ l-IGC u huwa dejjem lest jikkontribwixxi għalih fi kwalunkwe żmien matul il-ħidma tiegħu u li jipprovdi opinjoni, fuq il-kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi tal-BĊE ladarba jkun ġie fformulat it-test.

Bħalissa, l-opinjoni tal-BĊE hija disponibbli bl-Ingliż fuq il-website tal-BĊE. Din dalwaqt sejra tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fuq il-website tal-BĊE fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt.

Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:

Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna

Issir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies