- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jippubblika l-kalendarju indikattiv tal-operazzjonijiet regolari b’offerta u tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema fl-2022
23 ta’ Lulju 2021
Din l-istqarrija għall-istampa ġiet aġġornata fl-24 ta’ Settembru 2021 fit-15:00 CET biex tieħu inkunsiderazzjoni l-iskeda tal-laqgħat tal-2022 mibdula tal-Kunsill Governativ
- Il-BĊE jippubblika kalendarju indikattiv għal offerti għall-2022
- Il-BĊE jippubblika kalendarju tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi indikattiv għall-2022
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika il-kalendarji indikattivi għall-operazzjonijiet regolari tal-Eurosistema ta’ sejħiet għall-offerti u perjodi ta’ żamma ta’ riżerva fl-2022.
Il-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet ta' offerti regolari tal-Eurosistema jinkludi biss l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs) u l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' tliet xhur (LTROs). Ma jinkludux operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li jistgħu jsiru fl-2022. Il-kalendarju jista’ jitniżżel mill-websajt tal-BĊE.
Il-kalendarji indikattivi tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema jqisu l-kalendarji tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2022 kif ukoll il-kalendarji tal-operazzjonijiet regolari b’offerta.
Kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi fl-2022 (inkluż il-perjodu taż-żamma 8 tal-2021):
| PŻ | Laqgħa tal-Kunsill Governattiv | Bidu tal-perjodu taż-żamma | Tmiem il-perjodu taż-żamma | Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar | Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru | Tul tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi (jiem) | 
|---|---|---|---|---|---|---|
| 8 | 16 ta’ Diċembru 2021 | 22 ta’ Diċembru 2021 | 8 ta’ Frar 2022* | Ottubru 2021 | Settembru 2021 | 49 | 
| 1 | 3 ta’ Frar 2022* | 9 ta’ Frar 2022* | 15 ta’ Marzu 2022 | Diċembru 2021 | Settembru 2021* | 35 | 
| 2 | 10 ta’ Marzu 2022 | 16 ta’ Marzu 2022 | 19 ta’ April 2022 | Jannar 2022 | Diċembru 2021 | 35 | 
| 3 | 14 ta’ April 2022 | 20 ta’ April 2022 | 14 ta’ Ġunju 2022 | Frar 2022 | Diċembru 2021 | 56 | 
| 4 | 9 ta’ Ġunju 2022 | 15 ta’ Ġunju 2022 | 26 ta’ Lulju 2022 | April 2022 | Marzu 2022 | 42 | 
| 5 | 21 ta’ Lulju 2022 | 27 ta’ Lulju 2022 | 13 ta’ Settembru 2022 | Mejju 2022 | Marzu 2022 | 49 | 
| 6 | 8 ta’ Settembru 2022 | 14 ta’ Settembru 2022 | 1 ta’ Novembru 2022 | Lulju 2022 | Ġunju 2022 | 49 | 
| 7 | 27 ta’ Ottubru 2022 | 2 ta’ Novembru 2022 | 20 ta’ Diċembru 2022 | Settembru 2022 | Ġunju 2022 | 49 | 
| 8 | 15 ta’ Diċembru 2022 | 21 ta’ Diċembru 2022 | [tbd] | Ottubru 2022 | Settembru 2022 | [tbd] | 
* Dati mibdula, ara l-Istqarrija għall-istampa tad-Deċiżjonijiet tal-24 ta’ Settembru 2021.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: +49 69 1344 7316.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja- 23 July 2021