Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Ġunju 2022
X'inhuma l-punti ewlenin?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-inflazzjoni hija ħafna ogħla milli rridu u se tibqa' għolja għal xi żmien
Spejjeż ogħla tal-enerġija għadhom il-fattur ewlieni wara ż-żieda fil-prezzijiet. Iżda l-prezzijiet għall-ikel u ħafna oġġetti u servizzi oħra wkoll qed jogħlew bil-qawwa.
L-ekonomija se tikber aktar bil-mod fil-futur qrib
Il-gwerra fl-Ukraina, l-ispejjeż għoljin tal-enerġija u inċertezza akbar huma ta’ piż għall-ekonomija. Ir-restrizzjonijiet tal-pandemija fiċ-Ċina ħolqu wkoll ostakli ġodda.
Iżda l-kundizzjonijiet huma fis-seħħ biex l-ekonomija tikber u tirkupra aktar
L-ekonomija għadha qed tinfetaħ. Il-qgħad jinsab f’livell baxx rekord. In-nies qed jonfqu, jużaw flus imfaddla matul il-pandemija u għax il-gvernijiet qed jipprovdu appoġġ.
X’iddeċidejna?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Qed nieħdu aktar passi biex ninnormalizzaw il-politika tagħna
Aħna se niżguraw li l-inflazzjoni terġa' lura għall-mira tagħna ta' tnejn fil-mija fuq żmien medju. Mill-1 ta’ Lulju 2022, se ntemmu x-xiri nett taħt il-programm tagħna ta’ xiri ta’ assi.
Qed nibdew ukoll fuq triq gradwali iżda sostnuta ta’ żidiet fir-rati tal-imgħax
Għandna l-ħsieb li ngħollu r-rati tal-imgħax tagħna b'0.25% f'Lulju. Nistennew li nerġgħu nżiduhom f’Settembru. Kemm ngħollu r-rati malajr wara dan jiddependi fuq kif tiżviluppa l-inflazzjoni.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tikber b’mod sod
Tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro fl-2021 u l-projezzjonijiet għal dis-sena u s-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Ġunju 2022)
Nistennew li l-inflazzjoni tibqa' għolja għal xi żmien qabel ma tonqos gradwalment lejn il-mira tagħna ta' 2%.
L-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2021 u t-tbassir għal dis-sena u s-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Ġunju 2022)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja