Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - April 2024

X’inhuma l-punti ewlenin?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Ma għamilna ebda bidla fir-rati tal-imgħax ewlenin tagħna

Il-livelli attwali tagħhom qegħdin jgħinu biex inaqqsu l-inflazzjoni. Jekk l-informazzjoni li ġejja tagħmilna aktar fiduċjużi li l-inflazzjoni miexja b’mod sostennibbli lejn il-mira tagħna ta’ 2%, jista’ jkun li ma jkollniex għalfejn inżommu r-rati tal-imgħax għoljin daqskemm huma issa. Iżda d-deċiżjonijiet tagħna sejrin jiddependu fuq kif niġġudikaw is-sitwazzjoni abbażi tal-informazzjoni l-ġdida li nirċievu maż-żmien.

X’inhu jiġri fl-ekonomija?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-ekonomija tibqa’ dgħajfa iżda għandha tirkurpra aktar tard matul is-sena

Hekk kif l-inflazzjoni tonqos u l-pagi jiżdiedu, in-nies se jkollhom aktar x’jonfqu. Bl-ekonomija dinjija li qiegħda tirkupra, id-ditti sejrin jesportaw aktar. Dan kollu sejjer jappoġġa l-ekonomija tagħna.

Is-servizzi għadhom sejrin tajjeb

In-nies għadhom jonfqu fuq servizzi, bħal vjaġġi u ristoranti. Iżda d-ditti tal-manifattura qegħdin jiffaċċjaw domandi baxxi għall-oġġetti u qegħdin jipproduċu inqas - b’mod speċjali fis-setturi li jużaw ħafna enerġija.

L-inflazzjoni għadha nieżla

Il-prezzijiet għall-oġġetti u għall-ikel m’għadhomx qegħdin jiżdiedu bis-saħħa li biha kienu qed jiżdiedu qabel. Il-prezzijiet tal-enerġija huma inqas milli kienu sena ilu. Iżda l-prezzijiet għas-servizzi għadhom qed jiżdiedu ħafna.

Il-pagi għadhom jogħlew, iżda mhux bl-istess saħħa bħal qabel.

Il-fatt li l-ħaddiema jitħallsu aktar ifisser spejjeż iktar għoljin għall-kumpaniji. Iżda minflok l-ammont sħiħ ta’ dawn il-kostijiet qiegħed jiġi mgħoddi fuq il-klijenti fil-forma ta’ prezzijiet ogħla, id-ditti qed jagħmlu inqas profitti.

Id-ditti qed jieħdu inqas self

Rati tal-imgħax għoljin għamlu s-self aktar għoli u għalhekk id-ditti qed inaqqsu l-pjanijiet tagħhom li jagħmlu investimenti ġodda.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Dan hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u dwar l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
SIR AF AKTAR
X’inhi l-politika monetarja?