Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija tal-politika monetarja tagħna - Jannar 2024
X’iddeċidejna?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Żammejna r-rati tal-imgħax prinċipali tagħna l-istess
Iż-żidiet li konna għamilna fir-rati tal-imgħax qegħdin jgħinu biex inaqqsu l-inflazzjoni. Id-deċiżjonijiet futuri se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
B’mod ġenerali, l-inflazzjoni għadha qiegħda tonqos
Il-prezzijiet għall-ikel, il-prodotti u s-servizzi m’għadhomx qegħdin jiżdiedu daqs qabel. Il-prezzijiet tal-enerġija qegħdin jonqsu, iżda issa aktar bil-mod.
L-ekonomija hija dgħajfa bħalissa
Maż-żmien, nistennew li se tirkupra gradwalment. Iżda l-kunflitti reġjonali u l-effetti tagħhom fuq il-kummerċ għamlu l-futur aktar inċert.
Id-dgħjufija attwali qiegħda tinħass fl-ekonomija kollha
Id-ditti industrijali reġgħu qatgħu l-produzzjoni tagħhom u l-bejjiegħa bl-imnut raw il-bejgħ tagħhom ikompli jonqos.
Ħafna nies għandhom xogħol
Il-qgħad jinsab għal darb’oħra fl-aktar livell baxx sa minn meta tnieda l-euro. Aktar nies qegħdin ifittxu xogħol u jsibu xogħol. Imma hemm inqas ditti li qegħdin jirreklamaw pożizzjonijiet vakanti.
In-nies u n-negozji qegħdin jikkunsidraw mill-ġdid il-pjanijiet tagħhom għaliex sar għali biex wieħed jissellef
Ir-rati tal-imgħax ogħla jfissru li l-kost biex wieħed jissellef il-flus sar aktar għali. U sar ukoll ftit aktar diffiċli biex wieħed jieħu self minn bank.
Ara d-dettalji
DEĊIŻJONIJIET TAL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet li fuqhom huma bbażati l-aħħar deċiżjonijiet tal-politika monetarja.
Stqarrija dwar il-politika monetarja