Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija tagħna dwar il-politika monetarja - Settembru 2024

X’iddeċidejna?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Naqqasna r-rata ewlenija tal-imgħax tagħna b’0.25 punt perċentwali.

Għamilna dan għaliex l-inflazzjoni qiegħda tonqos gradwalment u żviluppat kif stennejna. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-ekonomija kienet aktar dgħajfa milli stennejna...

L-industrija u l-kostruzzjoni mhux sejrin tajjeb. In-nies qegħdin jonfqu inqas u l-kumpaniji qegħdin inaqqsu l-investimenti tagħhom.

...Imma gradwalment għandha tirkupra.

Is-servizzi, b’mod speċjali, qegħdin iżommu l-ekonomija għaddejja bħalissa. Il-pagi li qegħdin jiżdiedu u l-inflazzjoni aktar baxxa jfissru li fil-futur in-nies se jkunu jistgħu jixtru aktar. Flimkien mar-rati tal-imgħax aktar baxxi, dan se jgħin lill-ekonomija.

B’mod ġenerali, l-inflazzjoni qiegħda tonqos

Il-prezzijiet tas-servizzi għadhom qegħdin jiżdiedu minħabba l-pagi li qegħdin jogħlew. L-inflazzjoni tista’ togħla wkoll fix-xhur li ġejjin minħabba l-prezzijiet tal-enerġija. Imma tinsab fid-direzzjoni t-tajba biex tinżel għal 2% fit-tieni nofs tas-sena li jmiss.

Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?

Nistennew li l-ekonomija tirkupra gradwalment fis-snin li ġejjin

Il-proġettazzjonijiet għat-tkabbir fiż-żona tal-euro fl-2024 u s-snin li ġejjin
(proġettazzjonijiet minn Settembru 2024)

Nistennew li l-inflazzjoni tonqos gradwalment għall-mira tagħna ta’ 2%

Il-proġettazzjonijiet għall-inflazzjoni fiż-żona tal-euro fl-2024 u fis-snin li ġejjin
(proġettazzjonijiet minn Settembru 2024)

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Dan hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?