Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Diċembru 2025
X’iddeċidejna?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Żammejna r-rati ewlenin tal-imgħax l-istess
Għamilna dan għaliex l-inflazzjoni tinsab fit-trajettorja li tistabilizza fil-mira tagħna ta’ 2 %.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-ekonomija sejra aħjar milli mistenni
Ħafna nies għandhom xogħol u l-pagi qed jiżdiedu. In-nies qed jonfqu aktar. Il-kumpaniji wkoll qed iżidu l-investimenti tagħhom. L-esportazzjonijiet, speċjalment tal-kimiċi, żammew ukoll s’issa. Is-servizzi għandhom ikomplu jmexxu l-ekonomija.
L-inflazzjoni hija madwar 2 % – il-mira tagħna.
L-enerġija hija orħos minn sena ilu. Il-prezzijiet tal-ikel qed jogħlew, imma b’rata aktar bil-mod. Il-prezzijiet ta’ ħafna servizzi għadhom qed jogħlew relattivament malajr, imma l-prezzijiet għall-prodotti qegħdin jogħlew ħafna aktar bil-mod. Meta nħarsu ’l quddiem, nistennew li l-inflazzjoni tibqa’ madwar il-mira tagħna.
Il-banek jinsabu f’qagħda tajba biex ikampaw mad-diffkultajiet.
Il-pożizzjonijiet finanzjarji tagħhom huma sodi u qed jagħmlu profitti. Iżda jekk il-prezzijiet fis-swieq finanzjarji jonqsu ferm għallarrieda, dan jista’ jagħmel il-ħajja ferm aktar ta’ sfida. Għalhekk jeħtieġ li r-riskji finanzjarji jiġu osservati mill-qrib u ġestiti kif suppost.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tikber b’mod stabbli fis-snin li ġejjin
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir taż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2025)
Nistennew li l-inflazzjoni tistabilizza madwar il-mira tagħna ta’ 2%
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2025)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja