Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

X’inhu n-nuqqas ta’ attività ekonomika?

18 ta' Lulju 2018

In-nuqqas ta' attività ekonomika hija frażi użata biex tiddeskrivi l-ammot ta' riżorsi li mhumiex użati. Il-magni jitħallew qiegħda f'fabbrika jew persuni li ma jistgħux isibu impjieg jirrappreżentaw nuqqas ta' attività ekonomika għal ekonomista.

Ir-raġuni li jeżisti nuqqas ta' attività ekonomika normalment huwa dovut għal domanda insuffiċjenti relattiva għal dak li l-ekonomija hija kapaċi tipproduċi. Din hija r-raġuni għaliex l-ekonomisti jridu jsegwuh minħabba li jista' jagħti sinjali importanti dwar x'inhu jiġri fl-ekonomija.

Għaliex il-banek ċentrali jimmoniterjaw in-nuqqas ta' attività ekonomika?

Jekk ikun hemm nuqqas kbir ta' attività fl-ekonomija, din it-tendenza tfisser li ħafna nies qed ifittxu x-xogħol. Anke jekk l-ekonomija tibda tikber, għad hemm ftit pressjoni fuq il-produtturi f'dak l-istadju biex jgħollu l-pagi. Dan imbagħad ifisser li m'għandhomx għalfejn jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti tagħhom biex ikopru spejjeż ogħla tal-pagi. Bħala riżultat, m'hemm l-ebda periklu li l-inflazzjoni tkun bla kontroll, għalhekk għall-bank ċentrali jista' jfisser li jista' jżomm ir-rati tal-imgħax mhux mibdulin. Il-bank ċentrali jista' saħansitra jikkunsidra li jipprovdi stimolu għall-ekonomija, pereżempju billi jaqta' r-rati tal-imgħax jew juża miżuri mhux standard, biex jipprevjeni li l-inflazzjoni tonqos wisq għal żmien twil wisq jew saħansitra li jkun hemm id-deflazzjoni.

Wara ftit żmien, madankollu, hekk kif l-impjiegi jirkupraw u l-kumpaniji jipproduċu aktar, in-nuqqas ta' attività ekonomika tibda' tgħib. L-ekonomika lesta biex tilħaq il-kapaċità sħiħa tagħha. Jibda jsir diffiċli li jinstabu impjegati ġodda u l-produtturi jkollhom jgħollu l-pagi sabiex iżommu dawk eżistenti. Bħala riżultat, jistgħu jkunu mistennija żidiet fil-prezzijiet aktar qawwija. Għall-bank ċentrali, dan ifisser li probabbilment huwa żmien li jiżdiedu r-rati tal-imgħax biex il-prezzijiet jinżammu stabbli

L-ammont ta' nuqqas ta' attività ekonomika għalhekk jipprovdi informazzjoni dwar il-pressjonijiet inflazzjonarji attwali u futuri fl-ekonomija. Huwa wieħed mill-fatturi li jista' jgħin lill-bank ċentrali jieħu deċiżjonijiet ta' politika monetarja – meta jgħolli jew ibaxxi rati tal-imgħax. Iż-żmien għal miżura politika bħal din huwa kruċjali. Li jiġu mgħollija r-rati tal-imgħax kmieni wisq jista' jweġġa' l-irkupru ekonomiku iżda jsir hekk tard wisq jista' jkun hemm 'inflazzjoni ogħla.

Kif jitkejjel in-nuqqas ta' attività ekonomika?

Hemm sfidi sinifikanti fil-kejl ta' nuqqas ta' attività ekonomika, li hija raġuni waħda għaliex il-kunċett spiss jiġi diskuss fid-dibattiti ekonomiċi. Biex jitkejjel, l-ekonomisti spiss jużaw id-differenza fil-produzzjoni, li hija d-differenza bejn dak li attwalment qed jiġi prodott f'ekonomija (produzzjoni attwali) u x'inhi l-kapaċità li tipproduċi (produzzjoni potenzjali). Il-produzzjoni attwali hija mkejla bil-prodott domestiku gross. Il-produzzjoni potenzjali huwa kunċett li jirreferi għall-ammont ta' prodotti u servizzi li ekonomija tista' tipproduċi meta r-riżorsi tagħha, bħall-forza tax-xogħol, it-tagħmir, l-infrastruttura u t-teknoloġija, jintużaw b'mod effiċjenti li jistgħu jinżammu matul iż-żmien.

Il-produzzjoni attwali tista' jkun aktar baxx jew ogħla mill-produzzjoni potenzjali. Jekk tkun aktar baxxa, l-ekonomisti jitkellmu dwar differenza negattiva fil-produzzjoni. Dan jiġri meta jkun hemm kapaċità żejda, jew nuqqas ta' attività ekonomika, fl-ekonomija. Jekk il-produzzjoni attwali tkun ogħla mill-produzzjoni potenzjali, l-ekonomisti jitkellmu dwar differenza pożittiva fil-produzzjoni. Dan jiġri meta d-domanda tkun għolja ħafna u l-ekonomija qed topera 'l fuq minn dak li tista' żżomm b'mod sostenibbli.

Tnaqqis fl-attività ekonomika

Peress li huwa kunċett teoretiku, il-produzzjoni potenzjali ma tistax titkejjel direttament u l-esperti jużaw metodoloġiji differenti biex jivvalutawh. Konsegwentement, huma jiksbu riżultati differenti. Biex l-affarijiet isiru aktar delikati, l-istimi tal-produzzjoni potenzjali spiss ikunu l-aktar inċerti għall-perjodu li l-iktar li jinteressa lil banek ċentrali: passat riċenti u l-present. B'riżultat ta' dan, in-nuqqas ta' attività ekonomika u d-differenza fil-produzzjoni rari ma jkunux f'dibattiti ekonomiċi.

ARA WKOLL

Kun af iktar dwar kontenut relatat