Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Monaco

Bħalissa hemm tliet sensiliet ta’ muniti tal-euro minn Monaco fiċ-ċirkolazzjoni

L-ewwel sensiela, li nħarġet fl-2002, turi lill-Prinċep Ranjeri III fuq il-munita tal-€2. Il-munita tal-€1 turi xbieha doppja tal-Prinċep Ranjeri III u ta’ ibnu, il-Prinċep Albert. Il-muniti tal-50 ċenteżmu, tal-20 ċenteżmu u tal-10 ċenteżmi juru s-siġill tal-Prinċep ta’ Monaco, filwaqt li l-istemma araldika tad-Dar tal-Grimaldi tidher fuq il-muniti tal-5 ċenteżmi, taż-2 ċenteżmi u taċ-ċenteżmu.

It-tieni sensiela, introdotta fl-2006, turi xbieha tal-Prinċep Albertu II fuq il-muniti tal-€2 u tal-€1. Il-monogramma tiegħu tidher fuq il-muniti tal-50 ċenteżmu, tal-20 ċenteżmu u tal-10 ċenteżmi. L-istemma araldika tad-Dar tal-Grimaldi tibqa’ d-disinn ewlieni tal-muniti tal-5 ċenteżmi, taż-2 ċenteżmi u taċ-ċenteżmu.

It-tielet sensiela, introdotta fl-2025, turi xbieha minn quddiem tal-Prinċep Albertu II fuq il-muniti tal-€2 u tal-€1. Il-monogramma tiegħu tidher fuq il-muniti tal-50 ċenteżmu, tal-20 ċenteżmu u tal-10 ċenteżmi, filwaqt li l-istemma araldika tad-Dar tal-Grimaldi tidher fuq il-muniti ta' 5, 2 u 1 ċenteżmi.

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

€2

Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: “2**”, imtennija sitt darbiet, darba wieqfa u darba maqluba.

€1

50 ċenteżmu

20 ċenteżmu

10 ċenteżmi

5 ċenteżmi

2 ċenteżmi

1 ċenteżmu