Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

26 ta’ April 2004

26 ta' April 2004

B’mod konformi ma’ l-Artikolu 29 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali tal-BĊE huma ppeżati skond l-ishma li kull wieħed mill-Istati Membri in kwistjoni għandu fit-total tal-popolazzjoni u l-prodott gross domestiku ta’ l-UE, fi proporzjon ugwali, skond kif il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lill-BĊE. Dawn il-peżaturi jiġu rreveduti kull ħames snin u kienu ġew mibdula l-aħħar fl-1 ta’ Jannar 2004.

Fl-1 ta’ Mejju 2004 l-iskema kapitali tal-BĊE ser tiżdied, hekk kif għaxar Stati Membri ġodda ser jissieħbu ma’ l-UE. L-ishma l-ġodda tal-BĊN fl-iskema kapitali huma elenkati fuq il-paġna li jmiss.

Skond l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut ta’ l-SEBĊ, li kien ġie miżjud ma’ l-Istatut permezz tat-Trattat ta’ Adżejoni, il-kapital sottoskritt tal-BĊE jiġi awtomatikament miżjud meta Stat Membru ġdid jissieħeb ma’ l-UE u l-BĊN tiegħu isir parti mill-SEBĊ. Iż-żieda tiġi ddeterminata billi jiġi mmultiplikat l-ammont fis-seħħ tal-kapital sottoskritt (5,000 miljun ewro) mal-proporzjon, fil-limiti ta’ l-iskema kapitali miżjuda, bejn il-peżaturi tal-BĊN li jkunu qed jissieħbu u l-peżaturi ta’ dawk il-BĊN li jkunu diġà membri ta’ l-SEBĊ. Għalekk, fl-1 ta’ Mejju 2004 il-kapital sottoskritt tal-BĊE ser jiżdied għal EUR 5,564,669,247.

Il-BĊN ta’ l-Eurosistema huma meħtieġa li jħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom kollu. It-13-il BĊN li m’humiex fiż-żona ta’ l-ewro (l-għaxar BĊN, id-Danmarks Nationalbank, l-Isveriges Riksbank u l-Bank of England) huma meħtieġa li jħallsu persentaġġ minimu tal-kapital sottoskritt tagħhom (7% li jkun jgħodd mill-1 ta’ Mejju 2004) bhala kontribut għall-ispejjeż operazzjonali tal-BĊE.

Id-deċiżjonijiet tal-BĊE illi huma relevanti jistgħu jinstabu fuq il-website tal-BĊE u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xieraq.

L-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) Is-sehem tal-kapital sottoskritt (EUR)
Mill-1 ta’ Jannar 2004 Mill-1 ta’ Mejju 2004 Mill-1 ta’ Mejju 2004
Nationale Bank van België/ Banque Nationale de Belgique 2.8297 2.5502 141,910,195.14
Deutsche Bundesbank 23.4040 21.1364 1,176,170,750.76
Bank of Greece 2.1614 1.8974 105,584,034.30
Banco de España 8.7801 7.7758 432,697,551.32
Banque de France 16.5175 14.8712 827,533,093.09
Central Bank & Financial Services Authority of Ireland 1.0254 0.9219 51,300,686.79
Banca d’Italia 14.5726 13.0516 726,278,371.47
Banque centrale du Luxembourg 0.1708 0.1568 8,725,401.38
De Nederlandsche Bank 4.4323 3.9955 222,336,369.77
Oesterreichische Nationalbank 2.3019 2.0800 115,745,120.34
Banco de Portugal 2.0129 1.7653 98,233,106.22
Suomen Pankki – Finlands Bank 1.4298 1.2887 71,711,892.59
Total parzjali Eurosistema 79.6384 71.4908 3,978,226,562.17
Danmarks Nationalbank 1.7216 1.5663 87,159,414.42
Sveriges Riksbank 2.6636 2.4133 134,292,162.94
Bank of England 15.9764 14.3822 800,321,860.47
Total Parzjali grupp ta’ BĊN tal-bidu li m’humiex fiż-żona ta’ l-ewro 20.3616 18.3618 1,021,773,437.83
Česká národní banka 0.0000 1.4584 81,155,136.30
Eesti Pank 0.0000 0.1784 9,927,369.94
Central Bank of Cyprus 0.0000 0.1300 7,234,070.02
Latvijas Banka 0.0000 0.2978 16,571,585.02
Lietuvos bankas 0.0000 0.4425 24,623,661.42
Magyar Nemzeti Bank 0.0000 1.3884 77,259,867.83
Bank Ċentrali ta’ Malta 0.0000 0.0647 3,600,341.00
Narodowy Bank Polski 0.0000 5.1380 285,912,705.92
Banka Slovenije 0.0000 0.3345 18,613,818.63
Národná banka Slovenska 0.0000 0.7147 39,770,691.11
Total parzjali BĊN ġodda li m’humiex fiż-żona ta’ l-ewro 0.0000 10.1474 564,669,247.19
Total 100.0000 100.0000 5,564,669,247.19
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja