Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-kunsill governattiv tal- BĊE jiddeċiedi li ma jintroduċix karti tal-flus ta’ l-euro ta’ denominazzjonijiet baxxi ħafna

18 ta' Novembru 2004

Wara riflessjoni attenta, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iddeċieda li ma jirrivedix id-deċiżjoni ta’ qabel dwar id-denominazzjonijiet tal-karti ta’ l-euro (ara l-istqarrija tal-BĊE għall-istampa tat-12 ta’ Settembru 1998) u konsegwentement li ma joħroġx karti tal-flus ta’ €1 u €2.

Il-Kunsill Governattiv għamel valutazzjoni ta’ l-argumenti kollha mressqa fid-dibattitu dwar dan u kkonkluda li, wara li qies kollox, l-aspetti negattivi ta’ l-introduzzjoni ta’ karti tal-flus ta’ denominazzjoni baxxa ħafna jegħlbu l-aspetti pożittivi.

B’mod partikolari, id-domanda insuffiċjenti mill-maġġoranza taċ-ċittadini taż-żona tal-euro għal karti tal-flus ta’ denominazzjoni baxxa ħafna, iż-żieda fl-ineffiċjenza li din l-introduzzjoni tfisser għall-biċċa l-kbira tal-partijiet terzi milquta, per eżempju s-settur tal-bejgħ u xiri bl-imnut u l-industrija tal-makni tal-bejgħ (vending machines), u l-ispejjeż għoljin ta’ l-istampar u l-ipproċessar, isostnu d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv dwar dan is-suġġett.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja